Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 30 ta' Mejju 2018 - Strasburgu

4. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), fir-rigward ta' ċerti sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), il-kategorija 1A jew 1B (D055248/04 - 2018/2702(RPS) - skadenza: 8 ta' Awwissu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura) IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D055982/01 - 2018/2694(RPS) - skadenza: 1 ta' Awwissu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta' mard (D055983/01 - 2018/2693(RPS) - skadenza: 1 ta' Awwissu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Annessi I, III, VI, VII, VIII, IX, X, XI, u XII biex jindirizza n-nanoforom tas-sustanzi (D056122/02 - 2018/2703(RPS) - skadenza: 9 ta' Awwissu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura) IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 873/2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta' ħwawar u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-estensjoni tal-perjodu tranżitorju tal-Artikolu 4 dwar l-aromatizzant "konċentrat (veġetali) li jagħti togħma ta' xiwi" FL nru 21.002 (D056134/03 - 2018/2700(RPS) - skadenza: 8 ta' Awwissu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjoni lingwistika bl-Olandiż tar-Regolament (UE) Nru 68/2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (D056478/01 - 2018/2691(RPS) - skadenza: 28 ta' Lulju 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Marzu 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza