Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 30 ta' Mejju 2018 - Strasburgu

13. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.


13.1. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex tingħata assistenza lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza u lill-Portugall (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza u lill-Portugall [COM(2018)0150 - C8-0039/2018- 2018/2029(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: José Manuel Fernandes (A8-0175/2018)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament u 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0217)

Interventi

José Manuel Fernandes, qabel il-votazzjoni, u Danuta Jazłowiecka, dwar il-kwistjoni mqajma minn Richard Sulík waqt l-intervent preċedenti tiegħu (punt 12 tal-Minuti ta' 30.5.2018).


13.2. Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2018 li jakkumpanja l-proposta dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex tingħata assistenza lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza u lill-Portugall (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza u lill-Portugal [08109/2018 - C8-0181/2018- 2018/2030(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Siegfried Mureşan (A8-0176/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0218)


13.3. Protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-KE ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea [05700/1/2018 - C8-0168/2018 - 2013/0103(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Christofer Fjellner (A8-0182/2018)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarat approvat (P8_TA(2018)0219)


13.4. Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2018/000 TA 2018 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Appilkazzjoni EGF/2018/000 TA 2018 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) [COM(2018)0165 - C8-0131/2018- 2018/2048(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial (A8-0172/2018)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament u 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0220)


13.5. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: Qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) (D056125) (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat ENVI, skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (D056125 ; 2018/2698(RSP)) (B8-0232/2018)- Membru responsabbli: Bart Staes
Korapporteurs: Guillaume Balas, Lynn Boylan, Eleonora Evi, Sirpa Pietikäinen u Valentinas Mazuronis

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0221)


13.6. Oġġezzjonijiet skont l-Artikolu 106: Qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603 (D056123) (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat ENVI, skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (D056123 - 2018/2699(RSP)) (B8-0233/2018) - Membru responsabbli: Bart Staes
Korapporteurs: Guillaume Balas, Lynn Boylan, Eleonora Evi, Sirpa Pietikäinen u Valentinas Mazuronis

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0222)


13.7. Konformità tal-prodotti tas-sajd mal-kriterji ta' aċċess għas-suq tal-UE (votazzjoni)

Rapport dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' kontroll għall-istabbiliment tal-konformità tal-prodotti tas-sajd mal-kriterji ta' aċċess għas-suq tal-UE [2017/2129(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Linnéa Engström (A8-0156/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0223)


13.8. Il-ġejjieni tal-ikel u tal-biedja (votazzjoni)

Rapport dwar il-ġejjieni tal-ikel u tal-biedja [2018/2037(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Herbert Dorfmann (A8-0178/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0224)

Interventi

Miguel Viegas, dwar id-disponibbiltà tad-dokumenti bil-verżjonijiet lingwistiċi kollha (il-President ħa nota), u Herbert Dorfmann (rapporteur), biex jitlob il-verifika elettronika tal-votazzjoni dwar il-paragrafu 170 (l-ewwel u t-tieni parti) (il-President ipproċeda għal din il-verifika).


13.9. L-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (votazzjoni)

Rapport dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet [2016/2018(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteurs: Pavel Svoboda u Richard Corbett (A8-0170/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0225)

Interventi

Pavel Svoboda (rapporteur) ressaq emendi orali għall-paragrafi 71 u 74. L-emendi orali ġew aċċettati.

Heidi Hautala ressqet emenda orali għall-paragrafu 86. L-emenda orali ġiet aċċettata.


13.10. Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji (votazzjoni)

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0239/2018 u B8-0241/2018 (2018/2714(RSP))

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI B8-0239/2018

Adozzjoni (P8_TA(2018)0226)

(Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni B8-0241/2018 iddekadiet.)

Interventi

Nuno Melo dwar il-fatt li l-apparat tal-votazzjoni tiegħu ma kienx qiegħed jaħdem.


13.11. Il-Libja (votazzjoni)

Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Libja [2018/2017(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Pier Antonio Panzeri (A8-0159/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

ABBOZZ TA' RAKKOMANDAZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0227)


13.12. Rapport annwali dwar il-Funzjonament taż-Żona Schengen (votazzjoni)

Rapport dwar ir-rapport annwali dwar il-funzjonament taż-Żona Schengen [2017/2256(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Carlos Coelho (A8-0160/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0228)


13.13. Standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità (votazzjoni)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità [2016/2328(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteurs: Teresa Jiménez-Becerril Barrio u Angelika Mlinar (A8-0168/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0229)


13.14. Rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Kummerċjali Komuni (votazzjoni)

Rapport dwar ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Kummerċjali Komuni [2017/2070(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Tokia Saïfi (A8-0166/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0230)

(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit)

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Marzu 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza