18. Talba għal konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Artikolu 137(2) tar-Regoli ta' Proċedura) (approvazzjoni)
Il-President ħabbar li ma rċeviex it-talba minn għadd ta' Membri jew minn grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx biex jittieħed vot fuq talba għal konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex jagħti opinjoni dwar "Is-sitwazzjoni tan-nisa Rom", imħabbra fil-Minuti ta' nhar it-Tlieta 29 ta' Mejju 2018 (punt 12 tal-Minuti ta' 29.5.2018).
Bi qbil mal-Artikolu 137(2) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba se titqies bħala approvata.