7.4. In-nomina ta' membru għall-bord tal-għażla tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew(votazzjoni)
Proposta għal deċiżjoni dwar il-ħatra tas-Sur Antonio Mura fil-bord tal-għażla stabbilit skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (2018/2032(INS)) (B8-0237/2018) - Claude Moraes f'isem il-Kumitat LIBE
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4) (Votazzjoni permezz ta' vot sigriet) Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 1 tal-Minuti ta' 31.5.2018)