Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 31 ta' Mejju 2018 - Strasburgu

14. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta’ rappreżentanti legali għall-finijiet tal-ġbir tal-evidenza fi proċeduri kriminali (COM(2018)0226 - C8-0154/2018 - 2018/0107(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

IMCO

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordnijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f’materji kriminali (COM(2018)0225 - C8-0155/2018 - 2018/0108(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

IMCO

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (COM(2018)0307 - C8-0182/2018 - 2018/0154(COD))

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

AFET, DEVE, EMPL, FEMM

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (COM(2018)0274 - C8-0196/2018 - 2018/0129(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

TRAN

opinjoni :

ITRE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (COM(2018)0325 - C8-0201/2018 - 2018/0135(CNS))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

INTA, CONT, ECON, ENVI, AGRI, AFCO

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 (COM(2018)0312 - C8-0202/2018 - 2018/0158(COD))

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

ITRE, AGRI, PECH

- Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura għad-disponibbiltà tar-Riżorsi Proprji bbażati fuq Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva, fuq l-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea u fuq l-Iskart tal-plastik mill-imballaġġ li mhux qed jiġi riċiklat, u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (COM(2018)0326 - C8-0203/2018 - 2018/0131(NLE))

irriferut

responsabbli :

BUDG

- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (tal-KEE, u l-Euratom) Nru 1553/89 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir mir-riżorsi nfushom li jidħol mit-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2018)0328 - C8-0204/2018 - 2018/0133(NLE))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

ECON

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (kodifikazzjoni) (COM(2018)0316 - C8-0210/2018 - 2018/0160(COD))

irriferut

responsabbli :

JURI

- Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (00007/2018 - C8-0216/2018 - 2017/0900(NLE))

irriferut

responsabbli :

AFCO


2) mill-Membri, mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Joëlle Mélin. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar is-setgħat tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema Ewropej (B8-0192/2018)

irriferut

responsabbli :

EMPL

- Ivan Jakovčić. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-ekonomija ċirkolari: tnaqqis tal-iskart u użu mill-ġdid (B8-0193/2018)

irriferut

responsabbli :

ENVI

opinjoni :

ITRE

- Dominique Martin. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-għajnuna għar-riintegrazzjoni professjonali tal-vittmi tat-terroriżmu (B8-0215/2018)

irriferut

responsabbli :

EMPL

opinjoni :

LIBE

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar is-sostenn lill-Insara fid-dinja (B8-0216/2018)

irriferut

responsabbli :

AFET

- Younous Omarjee. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk b'konformità mal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2014/40/UE (id-Direttiva "tabakk"), bil-Protokoll tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex jiġi eliminat il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk (B8-0221/2018)

irriferut

responsabbli :

ENVI

- Jacques Colombier u Philippe Loiseau. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (B8-0222/2018)

irriferut

responsabbli :

AGRI

- Mireille D'Ornano. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-projbizzjoni tal-pestiċidi neonikotinojdi (B8-0223/2018)

irriferut

responsabbli :

ENVI

- Joëlle Mélin. Mozzjoni għal riżoluzzjoni għal involviment aktar importanti tal-parlamenti nazzjonali fit-traspożizzjoni tad-Direttivi Ewropej (B8-0228/2018)

irriferut

responsabbli :

AFCO

- Aldo Patriciello. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-integrazzjoni ta' mezzi edukattivi ġodda (B8-0229/2018)

irriferut

responsabbli :

CULT

  • Dominique Bilde u Sylvie Goddyn. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar it-tbiċċir mingħajr sturdament (B8-0230/2018)

irriferut

responsabbli :

AGRI

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza