Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 11 ta' Ġunju 2018 - Strasburgu

6. Kompożizzjoni tal-Parlament

Viviane Reding avżat bil-miktub bir-riżenja tagħha minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 2 ta' Settembru 2018.

Bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Finlandiżi ħabbru li l-mandat ta' Paavo Väyrynen fil-parlament nazzjonali ser ikompli mit-12 ta' Ġunju 2018.

Billi tali funzjoni hija, skont l-Artikolu 7(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, inkompatibbli mal-kwalità ta' Membru tal-Parlament Ewropew, il-Parlament, abbażi tal-Artikolu 4(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, ħa nota tal-vakanza tas-siġġu li tiddekorri mid-data 12 ta' Ġunju 2018 u għarraf lill-Istat Membru kkonċernat.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Finlandiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Mikael Pentikäinen minflok Paavo Väyrynen bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 12 ta' Ġunju 2018.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tiegħu.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Mikael Pentikäinen jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Settembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza