L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Ġunju 2018 (PE 623.587/PDOJ) tqassam u fir-rigward tiegħu ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta
Talba tal-Grupp GUE/NGL biex it-titlu "Territorji okkupati Georgjani għaxar snin wara l-invażjoni Russa" jiġi modifikat għal "Ir-reġjuni separatisti Georgjani għaxar snin wara l-gwerra mar-Russja" (punt 80 tal-PDOJ)
Interventi ta': Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika t-talba u Anna Elżbieta Fotyga f'isem il-Grupp ECR, kontra t-talba.
Talba tal-Grupp Verts/ALE biex bħala t-tieni punt ta' waranofsinhar jiżdiedu d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-"Emerġenzi umanitarji fil-Mediterran u s-solidarjetà fl-UE".
Interventi ta': Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifika t-talba għal dibattitu mingħajr riżoluzzjoni, Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat talba simili tal-Grupp tiegħu, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, biex jitlob li l-punt jiddaħħal fl-aġenda tat-Tlieta, Mario Borghezio f'isem il-Grupp ENF, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex id-dibattitu jitniżżel bħala punt separat, Philippe Lamberts biex jispeċifika t-talba tiegħu, Maria João Rodrigues li ssostnih u Lampros Fountoulis Membru mhux affiljat.