Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 13 ta' Ġunju 2018 - Strasburgu

24. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 f'dak li jirrigwarda l-kalkolu ta' rekwiżiti kapitali regolatorji għat-titolizzazzjonijiet u titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (C(2018)03302 - 2018/2745(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 Ġunju 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex u tas-settur tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (C(2018)03308 - 2018/2762(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 7 Ġunju 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal tnaqqis tal-livell tal-garanzija komprensiva u tar-rinunzja tal-garanzija (C(2018)03568 - 2018/2766(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 8 Ġunju 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru2271/96 tat-22ta'Novembru1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni estraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha (C(2018)03572 - 2018/2757(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 6 Ġunju 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni li temenda l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-Iran (C(2018)03730 - 2018/2758(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 6 Ġunju 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: BUDG

Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu ġie modifikat minn 1 għal 3 xhur fuq talba tal-kumitat responsabbli:

- Regolament delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bi standards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji għall-ħatra ta’ punti ta’ kuntatt ċentrali għall-emittenti tal-flus elettroniċi u l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament u b’regoli dwar il-funzjonijiet tagħhom (C(2018) 2716 – 2017/2997(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 7 ta' Mejju 2018 fuq talba tal-kumitat kompetenti.

irreferut lll-kumitat responsabbli: ECON-LIBE

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Settembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza