L-awtoritajiet kompetenti tal-Lussemburgu kkomunikaw in-nomina ta' Claude Turmes għal kariga ta' Membru tal-Gvern b'effett mill-20 ta' Ġunju 2018.
Il-Parlament ħa nota li, b'konformità mal-Artikolu 7(1) tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali, din il-kariga hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew u jistabbilixxi li s-siġġu tiegħu huwa battal, b'effett mill-20 ta' Ġunju 2018.
° ° ° °
L-awtoritajiet kompetenti tal-Lussemburgu kkomunikaw ukoll il-ħatra fil-Parlament Ewropew ta' Tilly Metz biex tissostitwixxi lil Claude Turmes b'effett mill-20 ta' Ġunju 2018, kif ukoll il-ħatra ta' Christophe Hansen biex jissostitwixxi lil Viviane Reding b'effett mit-2 ta' Settembru 2018.
Il-Parlament ħa nota tal-ħatra tagħhom.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Tilly Metz u Christophe Hansen jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.