Indiċi 
Minuti
PDF 278kWORD 78k
It-Tlieta, 3 ta' Lulju 2018 - Strasburgu
1.Ftuħ tas-seduta
 2.Analiżi tal-Presidenza Bulgara tal-Kunsill (dibattitu)
 3.Tkomplija tas-seduta
 4.Analiżi tal-Presidenza Bulgara tal-Kunsill (kumplament tad-dibattitu)
 5.Tkomplija tas-seduta
 6.Preżentazzjoni tal-programm ta' attivitajiet tal-Presidenza Awstrijaka (dibattitu)
 7.Tkomplija tas-seduta
 8.Merħba
 9.Kompożizzjoni tal-Parlament
 10.Verifika tal-kredenzjali
 11.Ħin tal-votazzjonijiet
  
11.1.Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f’Madagascar *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
11.2.Estensjoni tal-Ftehim UE-US għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
11.3.Impriża Konġunta Ewropea għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) * (votazzjoni)
  
11.4.Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2017/009FR/Air France (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
11.5.Ir-rwol tal-bliet fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
11.6.L-istampar tridimensjonali: id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u r-responsabbiltà ċivili (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
11.7.Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża ***I (votazzjoni)
  
11.8.Statistika integrata tal-azjendi agrikoli ***I (votazzjoni)
  
11.9.Notifika ta’ proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija: tħassir ***I (votazzjoni)
  
11.10.Miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud * (votazzjoni)
  
11.11.Il-ksur tad-drittijiet tal-popli indiġeni fid-dinja (votazzjoni)
  
11.12.Diplomazija klimatika (votazzjoni)
 12.Spjegazzjonijiet tal-vot
 13.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 14.Tkomplija tas-seduta
 15.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 16.Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2018 (dibattitu)
 17.Dokumenti mressqa
 18.Rekwiżiti tal-infurzar u regoli speċifiċi għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq ***I - Il-ħinijiet tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ u l-pożizzjonament permezz ta’ takografi ***I - Adattament għall-iżvilupp fis-settur tat-transport bit-triq ***I (dibattitu)
 19.Il-kriżi tal-migrazzjoni u s-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u fil-fruntieri tagħha (dibattitu)
 20.Tifqigħa tal-Ebola fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (dibattitu)
 21.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 22.Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
 23.Linji gwida għall-Istati Membri biex jiġi evitat li l-assistenza umanitarja tiġi kriminalizzata (dibattitu)
 24.Id-definizzjoni ta' SMEs (dibattitu)
 25.Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE, il-KEEA u l-Armenja *** - Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE, il-KEEA u l-Armenja (riżoluzzjoni) (dibattitu)
 26.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 27.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

1. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 09.07.


2. Analiżi tal-Presidenza Bulgara tal-Kunsill (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Analiżi tal-Presidenza Bulgara tal-Kunsill (2018/2592(RSP))

Il-President għamel diskors qasir ta' introduzzjoni u rringrazzja lill-Presidenza Bulgara tal-Kunsill tal-kooperazzjoni li wriet f'diversi fajls, b'mod partikolari dwar il-kwistjoni tar-riforma tas-sistema ta' asil.

(Il-laqgħa ġiet aġġornata fid-9.09 minħabba problema teknika fis-sistema tal-awdjo tal-emiċiklu)

(Kumplament tad-dibattitu: ara l-punt 4)


3. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 09.40.


4. Analiżi tal-Presidenza Bulgara tal-Kunsill (kumplament tad-dibattitu)

Analiżi tal-Presidenza Bulgara tal-Kunsill (2018/2592(RSP))

(Bidu tad-dibattitu: ara l-punt 2)

Il-President ikkomunika li xi Membri, b'appoġġ għat-talbiet tal-interpreti, ħolqu dewmien fl-istabbiliment mill-ġdid tas-sistema tal-awdjo.

Boyko Borissov (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Kunsill.

Il-President ikkomunika li, għal raġunijiet ta' problemi tekniċi, il-kumplament tal-attivitajiet tal-plenarja kien se jittardja bi 30 minuta, u li l-ħin tal-votazzjonijiet kien se jibda fin-12:30.

Jean-Claude Juncker (President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Kummissjoni.

Intervent ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

Interventi ta': Eric Andrieu f'isem il-Grupp S&D, Angel Dzhambazki f'isem il-Grupp ECR, Ilhan Kyuchyuk f'isem il-Grupp ALDE, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Zoltán Balczó Membru mhux affiljat.

Interventi ta': Mariya Gabriel (Membru tal-Kummissjoni) u Boyko Borissov.

Id-dibattitu ngħalaq.

(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit)

PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President


5. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 10.24.


6. Preżentazzjoni tal-programm ta' attivitajiet tal-Presidenza Awstrijaka (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Preżentazzjoni tal-programm ta' attivitajiet tal-Presidenza Awstrijaka (2018/2593(RSP))

Sebastian Kurz (President fil-kariga tal-Kunsill) għamel id-dikjarazzjoni.

Il-President għamel diskors qasir.

Jean-Claude Juncker (President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D, Ulrike Trebesius f'isem il-Grupp ECR, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Neoklis Sylikiotis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFDD, Harald Vilimsky f'isem il-Grupp ENF, u David Borrelli Membru mhux affiljat.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

Interventi ta': Othmar Karas, Maria João Rodrigues, Anneleen Van Bossuyt, Cecilia Wikström, Michel Reimon, Dimitrios Papadimoulis, Laura Agea, Marcel de Graaff, Udo Voigt, Daniel Caspary, Josef Weidenholzer, Ruža Tomašić, Kateřina Konečná, Peter Lundgren, Andrzej Grzyb, Mercedes Bresso, Branislav Škripek, Rolandas Paksas, Pilar del Castillo Vera, Evelyn Regner, Elisabetta Gardini, Eric Andrieu, Ádám Kósa, Cécile Kashetu Kyenge, Eugen Freund u Monika Beňová.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, José Blanco López, Notis Marias, Thomas Waitz, Georgios Epitideios, Maria Spyraki u Maria Grapini.

PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

Interventi ta': Jean-Claude Juncker u Sebastian Kurz.

Id-dibattitu ngħalaq.

(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit)

PRESIDENZA: Zdzisław KRASNODĘBSKI
Viċi President


7. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.35.


8. Merħba

Il-President, f'isem il-Parlament, ta merħba lill-membri tad-delegazzjoni Awstraljana, immexxija mill-Gvernatur Ġenerali Peter Cosgrove u l-Ministru tal-Iżvilupp Reġjonali, it-Territorji u l-Amministrazzjoni John McVeigh, li ħadu posthom fil-gallarija uffiċjali.


9. Kompożizzjoni tal-Parlament

Kaja Kallas avżat bil-miktub bir-riżenja tagħha minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data tal-5 ta' Settembru 2018.

B'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tagħha li tiddekorri mit-tali data u informa b'dan lill-awtorità nazzjonali kkonċernata.


10. Verifika tal-kredenzjali

Fuq proposta tal-Kumitat JURI tiegħu, il-Parlament iddeċieda li jivvalida l-mandati tal-Membri Karine Gloanec Maurin u Mirja Vehkaperä b'effett mill-11 u t-12 ta' Ġunju 2018, rispettivament.

°
° ° °

Intervent ta': Xabier Benito Ziluaga.


11. Ħin tal-votazzjonijiet

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.


11.1. Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f’Madagascar *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f'Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tan-navigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta' servizzi relatati fiż-żona ta' kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili [11351/2017 - C8-0018/2018 - 2017/0104(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0213/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0269)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


11.2. Estensjoni tal-Ftehim UE-US għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka [08166/2018 - C8-0259/2018- 2018/0067(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Rolandas Paksas (A8-0212/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0270)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-estensjoni tal-ftehim.


11.3. Impriża Konġunta Ewropea għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta Ewropea tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja [COM(2018)0008 - C8-0037/2018 - 2018/0003(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Zigmantas Balčytis (A8-0217/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0271)


11.4. Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2017/009FR/Air France (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata minn Franza – EGF/2017/009 FR/Air France) [COM(2018)0230 - C8-0161/2018 - 2018/2059(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Alain Lamassoure (A8-0210/2018)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament u 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0272)


11.5. Ir-rwol tal-bliet fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar ir-rwol tal-bliet fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni [2017/2037(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Kazimierz Michał Ujazdowski (A8-0203/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0273)


11.6. L-istampar tridimensjonali: id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u r-responsabbiltà ċivili (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-istampar tridimensjonali, sfida fl-oqsma tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u r-responsabbiltà ċivili [2017/2007(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Joëlle Bergeron (A8-0223/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0274)


11.7. Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE [COM(2017)0294 - C8-0180/2017 - 2017/0125(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Françoise Grossetête (A8-0037/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVVIŻORJU, DIKJARAZZJONI KONĠUNTA u DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0275)

Interventi

Reinhard Bütikofer, f'isem il-Grupp Verts/ALE, qabel il-votazzjoni, biex jitlob li l-emendi jitqiegħdu għall-votazzjoni qabel il-ftehim provviżorju, b'konformità mal-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura.

B'VE (207 favur, 436 kontra, 32 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.


11.8. Statistika integrata tal-azjendi agrikoli ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 [COM(2016)0786 - C8-0514/2016 - 2016/0389(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Maria Gabriela Zoană (A8-0300/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0276)


11.9. Notifika ta’ proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija: tħassir ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 256/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta' proġetti ta' investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea [COM(2017)0769 - C8-0448/2017- 2017/0347(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Barbara Kappel (A8-0211/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0277)


11.10. Miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward ta' miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mamministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud [COM(2017)0706 - C8-0441/2017- 2017/0248(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Roberts Zīle (A8-0215/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0278)


11.11. Il-ksur tad-drittijiet tal-popli indiġeni fid-dinja (votazzjoni)

Rapport dwar il-ksur tad-drittijiet tal-popli indiġeni fid-dinja, inkluż il-ħtif tal-art [2017/2206(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Francisco Assis (A8-0194/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA (imressqa mill-Grupp ENF)

Rifjut

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI (Kumitat AFET)

Adozzjoni (P8_TA(2018)0279)


11.12. Diplomazija klimatika (votazzjoni)

Rapport dwar id-diplomazija klimatika [2017/2272(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel. Rapporteurs: Arne Lietz u Jo Leinen (A8-0221/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0280)


12. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-Parlament.

Spjegazzjonijiet tal-vot orali:

Rapport Kazimierz Michał Ujazdowski - A8-0203/2018
Curzio Maltese, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Danuta Jazłowiecka, Jiří Pospíšil, Stanislav Polčák u Daniel Hannan

Rapport Joëlle Bergeron - A8-0223/2018
Alex Mayer, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Michaela Šojdrová, Stanislav Polčák u Daniel Hannan

Rapport Françoise Grossetête - A8-0037/2018
Bogdan Andrzej Zdrojewski, Xabier Benito Ziluaga, Petras Auštrevičius, Adam Szejnfeld, Notis Marias, Stanislav Polčák, Daniel Hannan, John Howarth u Dobromir Sośnierz

Rapport Maria Gabriela Zoană - A8-0300/2017
Momchil Nekov, Tibor Szanyi u Notis Marias

Rapport Francisco Assis - A8-0194/2018
Younous Omarjee, Estefanía Torres Martínez, José Inácio Faria, Adam Szejnfeld u Molly Scott Cato

Rapport Arne Lietz u Jo Leinen - A8-0221/2018
Urszula Krupa, Estefanía Torres Martínez, Dubravka Šuica, Adam Szejnfeld, Notis Marias, Tibor Szanyi, José Inácio Faria, Seán Kelly u Michaela Šojdrová.


13. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fuq is-sit Europarl, "Plenarja", "Votazzjonijiet", "Riżultati tal-Votazzjonijiet" (Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet) u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet".

Il-verżjoni elettronika fuq is-sit Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.44.)

PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President


14. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.05.


15. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


16. Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2018 (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni: Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2018 (2018/2591(RSP))

Il-President għamel dikjarazzjoni qasira biex jintroduċi d-dibattitu u fakkar li l-Parlament huwa determinat li jitlob lill-Kunsill biex jadotta r-riforma tas-sistema ta' asil.

Donald Tusk (President tal-Kunsill Ewropew) u Jean-Claude Juncker (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D, Raffaele Fitto f'isem il-Grupp ECR, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Curzio Maltese f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFDD, Nicolas Bay f'isem il-Grupp ENF, u Diane James Membru mhux affiljata.

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President

Interventi ta': Janusz Lewandowski, Maria João Rodrigues, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Michaela Šojdrová, Hans-Olaf Henkel, Sven Giegold, João Pimenta Lopes, Laura Ferrara, Marcus Pretzell, Diane Dodds, Esteban González Pons, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Iratxe García Pérez, Tanja Fajon, Richard Sulík, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Liisa Jaakonsaari, Ernest Urtasun, Javier Couso Permuy, Rolandas Paksas, Gerolf Annemans, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Hilde Vautmans, Dobromir Sośnierz, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Renaud Muselier, Paulo Rangel, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ana Gomes, Elena Valenciano, Laurenţiu Rebega, Takis Hadjigeorgiou, Bernard Monot, Angelo Ciocca, Lampros Fountoulis, Luděk Niedermayer, Birgit Sippel, Sander Loones, Kristina Winberg, Danilo Oscar Lancini, Konstantinos Papadakis, Gunnar Hökmark, Patrizia Toia, Zoltán Balczó, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Tonino Picula, Elly Schlein, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bernard Monot, Knut Fleckenstein, Roberto Gualtieri, Pervenche Berès u Seb Dance.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová.

PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Juan Fernando López Aguilar, Notis Marias, António Marinho e Pinto, Eleftherios Synadinos, Milan Zver, Sylvie Guillaume u Mirosław Piotrowski.

Interventi ta': Dimitris Avramopoulos (Membru tal-Kummissjoni) u Donald Tusk.

Id-dibattitu ngħalaq.

PRESIDENZA: Dimitrios PAPADIMOULIS
Viċi President


17. Dokumenti mressqa

Il-kumitati parlamentari ressqu r-rapporti segwenti:

- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (2010/0310M(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Tokia Saïfi (A8-0224/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali u li jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu (COM(2017)0825 - C8-0433/2017 - 2017/0334(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Ruža Tomašić (A8-0227/2018)

- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III – Il-Kummissjoni: Estensjoni tal-Faċilità għar-refuġjati fit-Turkija (09713/2018 - C8-0302/2018 - 2018/2072(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Siegfried Mureşan (A8-0246/2018)

- Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta' Settembru 1976 (09425/2018 - C8-0276/2018 - 2015/0907(APP)) - Kumitat AFCO - Rapporteures: Jo Leinen, Danuta Maria Hübner (A8-0248/2018)


18. Rekwiżiti tal-infurzar u regoli speċifiċi għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq ***I - Il-ħinijiet tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ u l-pożizzjonament permezz ta’ takografi ***I - Adattament għall-iżvilupp fis-settur tat-transport bit-triq ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq [COM(2017)0278 - C8-0170/2017- 2017/0121(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Merja Kyllönen (A8-0206/2018)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan massimi ta' kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografi [COM(2017)0277 - C8-0167/2017- 2017/0122(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Wim van de Camp (A8-0205/2018)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur [COM(2017)0281 - C8-0169/2017- 2017/0123(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Ismail Ertug (A8-0204/2018)

Merja Kyllönen, Wim van de Camp u Ismail Ertug ippreżentaw ir-rapporti.

Interventi ta': Martina Dlabajová (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL) u Georges Bach (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL).

Intervent ta': Violeta Bulc (Membru tal-Kummissjoni).

PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

Interventi ta': Verónica Lope Fontagné (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Andor Deli f'isem il-Grupp PPE, Kathleen Van Brempt f'isem il-Grupp S&D, Kosma Złotowski f'isem il-Grupp ECR, Pavel Telička f'isem il-Grupp ALDE, Karima Delli f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marie-Pierre Vieu f'isem il-Grupp GUE/NGL, Margot Parker f'isem il-Grupp EFDD, Marie-Christine Arnautu f'isem il-Grupp ENF, Sotirios Zarianopoulos Membru mhux affiljat, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Agnes Jongerius, Roberts Zīle, Izaskun Bilbao Barandica, Terry Reintke, João Pimenta Lopes, Marian-Jean Marinescu, Inés Ayala Sender, Evžen Tošenovský, Gesine Meissner, Keith Taylor, Rina Ronja Kari, Dieter-Lebrecht Koch, Evelyn Regner, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Richard Sulík, Angel Dzhambazki, Dominique Riquet, Danuta Jazłowiecka, Isabella De Monte, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Marek Jurek, Matthijs van Miltenburg, Deirdre Clune, Ole Christensen, Ivo Belet, Bogusław Liberadzki, Ivica Tolić, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Markus Ferber, Claudia Țapardel, Andrey Novakov, Marita Ulvskog, Anne Sander, Siôn Simon, Romana Tomc, Emilian Pavel, Michaela Šojdrová u Richard Sulík.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Jérôme Lavrilleux, Nicola Caputo, Paloma López Bermejo, Daniela Aiuto u Maria Grapini.

Interventi ta': Violeta Bulc, Merja Kyllönen u Ismail Ertug.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 9.1 tal-Minuti ta' 4.7.2018, punt 9.2 tal-Minuti ta' 4.7.2018 u punt 9.3 tal-Minuti ta' 4.7.2018.


19. Il-kriżi tal-migrazzjoni u s-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u fil-fruntieri tagħha (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Il-kriżi tal-migrazzjoni u s-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u fil-fruntieri tagħha (2018/2770(RSP))

Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Intervent ta': Agustín Díaz de Mera García Consuegra f'isem il-Grupp PPE.

PRESIDENZA: Lívia JÁRÓKA
Viċi President

Interventi ta': Francisco Assis f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Beatriz Becerra Basterrechea f'isem il-Grupp ALDE, Molly Scott Cato f'isem il-Grupp Verts/ALE, Javier Couso Permuy f'isem il-Grupp GUE/NGL, li rrifjuta mistoqsija "karta blu" ta' José Inácio Faria, Ignazio Corrao f'isem il-Grupp EFDD, Joëlle Mélin f'isem il-Grupp ENF, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Ramón Jáuregui Atondo, Ryszard Czarnecki, Javier Nart, Fernando Ruas, Ana Gomes, Mirosław Piotrowski, Dita Charanzová, Nuno Melo, Francisco José Millán Mon, Tunne Kelam u Verónica Lope Fontagné.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': José Inácio Faria, Julie Ward u João Pimenta Lopes, li rrifjuta mistoqsija "karta blu" ta' José Inácio Faria.

Intervent ta': Christos Stylianides.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.13 tal-Minuti ta' 5.7.2018.


20. Tifqigħa tal-Ebola fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tifqigħa tal-Ebola fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (2018/2742(RSP))

Karoline Edtstadler (President fil-kariga tal-Kunsill) u Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Bogdan Brunon Wenta f'isem il-Grupp PPE, Maria Arena f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Charles Goerens f'isem il-Grupp ALDE, Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, Piernicola Pedicini f'isem il-Grupp EFDD, Joachim Zeller, Cécile Kashetu Kyenge, Eleni Theocharous, Adam Szejnfeld, Enrique Guerrero Salom, Lukas Mandl u Neena Gill.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Julie Ward u Notis Marias.

Interventi ta': Christos Stylianides u Karoline Edtstadler.

Id-dibattitu ngħalaq.


21. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mill-Grupp Verts/ALE t-talbiet ta' ħatra li ġejjin:

Kumitat LIBE: Romeo Franz minflok Jan Philipp Albrecht

Kumitat Speċjali dwar it-Terroriżmu: Romeo Franz minflok Jan Philipp Albrecht

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' Iżrael: Romeo Franz minflok Jan Philipp Albrecht

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


22. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi

Kristina Winberg u Peter Lundgren ingħaqdu mal-Grupp ECR b'effett li jiddekorri mit-3 ta' Lulju 2018.


23. Linji gwida għall-Istati Membri biex jiġi evitat li l-assistenza umanitarja tiġi kriminalizzata (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000065/2018) imressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Linji gwida għall-Istati Membri biex jevitaw li l-għajnuna umanitarja tiġi kriminalizzata (B8-0034/2018)

Judith Sargentini (flok l-awtur) daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

Dimitris Avramopoulos (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.

Interventi ta': Frank Engel f'isem il-Grupp PPE, Sylvie Guillaume f'isem il-Grupp S&D, Jussi Halla-aho f'isem il-Grupp ECR, Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE, Ernest Urtasun f'isem il-Grupp Verts/ALE, li rrifjuta mistoqsija "karta blu" ta' Tomáš Zdechovský, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, David Coburn f'isem il-Grupp EFDD, Auke Zijlstra f'isem il-Grupp ENF, Lívia Járóka, Juan Fernando López Aguilar, Helga Stevens, Eva Joly, Steeve Briois, Tomáš Zdechovský, Elly Schlein, Barbara Matera, Cécile Kashetu Kyenge u Ana Gomes.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Julie Ward, Xabier Benito Ziluaga u Georgios Epitideios.

Intervent ta': Dimitris Avramopoulos.

Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni li għandha titressaq bi qbil mal-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura se titħabbar aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.14 tal-Minuti ta' 5.7.2018.


24. Id-definizzjoni ta' SMEs (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000050/2018) imressqa minn Markus Pieper, f'isem il-Kumitat ITRE, lill-Kummissjoni: Id-definizzjoni ta' SMEs (B8-0031/2018)

Markus Pieper daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija.

Interventi ta': Paul Rübig f'isem il-Grupp PPE, Patrizia Toia f'isem il-Grupp S&D, Caroline Nagtegaal f'isem il-Grupp ALDE, Paloma López Bermejo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Dario Tamburrano f'isem il-Grupp EFDD, Ivan Štefanec, Carlos Zorrinho, Adam Szejnfeld, José Blanco López u Maria Spyraki.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Julie Ward, Jiří Pospíšil u Danuta Jazłowiecka.

Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Markus Pieper, f'isem il-Kumitat ITRE, dwar id-definizzjoni ta' SMEs (2018/2545(RSP)) (B8-0304/2018).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.14 tal-Minuti ta' 4.7.2018.


25. Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE, il-KEEA u l-Armenja *** - Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE, il-KEEA u l-Armenja (riżoluzzjoni) (dibattitu)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Armenja, fuq in-naħa l-oħra [12543/2017 - C8-0422/2017 - 2017/0238(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: László Tőkés (A8-0177/2018)

Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra [2017/2269(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: László Tőkés (A8-0179/2018)

László Tőkés ippreżenta r-rakkomandazzjoni u r-rapport.

Intervent ta': Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà).

Interventi ta': David McAllister f'isem il-Grupp PPE, Janusz Zemke f'isem il-Grupp S&D, Sajjad Karim f'isem il-Grupp ECR, Ilhan Kyuchyuk f'isem il-Grupp ALDE, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Frank Engel, Jaromír Štětina, Željana Zovko u Michaela Šojdrová.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Jiří Pospíšil.

Interventi ta': Federica Mogherini u László Tőkés.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 6.3 tal-Minuti ta' 4.7.2018 u punt 6.4 tal-Minuti ta' 4.7.2018.


26. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 624.394/OJME).


27. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.57.

Klaus Welle

David-Maria Sassoli

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Ademov, Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Ali, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Androulakis, Annemans, Arena, Arimont, Arnautu, Arnott, Arthuis, Ashworth, Assis, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balčytis, Balczó, Balz, Barekov, Bashir, Batten, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benifei, Benito Ziluaga, Beňová, Berès, Bergeron, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Bours, Boutonnet, Bové, Boylan, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Bullock, Buşoi, Bütikofer, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Ciocca, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Colombier, Corbett, Cornillet, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, Dalli, Dalton, Dalunde, D'Amato, Dance, Danjean, Danti, Dantin, Dati, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, Demesmaeker, De Monte, Deprez, Deß, Detjen, Deutsch, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Drăghici, Durand, Dzhambazki, Eck, Ehler, Eickhout, Elissen, Engel, Epitideios, Erdős, Ernst, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Farage, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrandino, Ferrara, Ferreira, Fisas Ayxelà, Fitto, Flack, Flanagan, Fleckenstein, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Franz, Freund, Frunzulică, Gabelic, Gahler, Gál, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Giménez Barbat, Girling, Giuffrida, Gloanec Maurin, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Peñas, González Pons, Gosiewska, Grammatikakis, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guillaume, Guteland, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Hannan, Harkin, Harms, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hirsch, Hoc, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howarth, Hübner, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Ivan, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jamet, Járóka, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, de Jong, Jongerius, Joulaud, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Karim, Karlsson, Karski, Katainen, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Klinz, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kohn, Kölmel, Konečná, Kósa, Köster, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovács, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuneva, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lalonde, Lamassoure, Lambert, Lancini, Lange, de Lange, Langen, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Lechevalier, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, Loones, Lope Fontagné, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McClarkin, McGuinness, McIntyre, Macovei, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Mandl, Mănescu, Maňka, Mann, Marcellesi, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Matera, Matias, Mato, Matthews, Maullu, Maurel, Mavrides, Maydell, Mayer Georg, Mayer Alex, Mazuronis, Meissner, Mélin, Melior, Melo, Messerschmidt, Meszerics, Metsola, Metz, Meuthen, Michel, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Mitrofanovs, Mizzi, Mobarik, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Montel, Moody, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Mosca, Müller, Mureşan, Muselier, Mussolini, Nagtegaal, Nagy, Nart, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, Ní Riada, van Nistelrooij, Noichl, Novakov, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Padar, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Palmer, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Pargneaux, Parker, Paşcu, Patriciello, Pavel, Payne, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Philippot, Picierno, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Poche, Polčák, Popa, Poręba, Pospíšil, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Procter, Proust, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Radtke, Rangel, Rebega, Reda, Reding, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, dos Santos, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schirdewan, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Scottà, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Sośnierz, Spinelli, Spyraki, Staes, Starbatty, Štefanec, Štětina, Stevens, Stihler, Stolojan, Stuger, Šuica, Sulík, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theocharous, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tolić, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torres Martínez, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Ujazdowski, Ujhelyi, Ulvskog, Ungureanu, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vallina, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Vehkaperä, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vieu, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Waitz, Ward, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Westphal, Wierinck, Wikström, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wölken, Woolfe, Záborská, Zahradil, Zala, Zammit Dimech, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Žitňanská, Złotowski, Zoană, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Albiol Guzmán, Atkinson, Comi, Crowley, Finch, Guoga, Händel, Monteiro de Aguiar, Morvai, Ponga, Punset

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Novembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza