9.2. Il-ħinijiet tas-sewqan massimi ta’ kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ u l-pożizzjonament permezz ta’ takografi ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan massimi ta' kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta' takografi [COM(2017)0277 - C8-0167/2017- 2017/0122(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Wim van de Camp (A8-0205/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)
PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Rifjut
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI
Rifjut
Intervent ta' Wim van de Camp, wara l-votazzjoni, biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura.