Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali [COM(2016)0593 - C8-0383/2016 - 2016/0280(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Axel Voss (A8-0245/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
DEĊIŻJONI GĦAL DĦUL F'NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI
Rifjut
Interventi
Qabel il-votazzjoni, skont l-Artikolu 69(c)(2)(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Axel Voss li tkellem favur din id-deċiżjoni.
João Ferreira rigward l-arranġamenti lingwistiċi (il-President għamel xi kjarifiki dwar il-proċedura fis-seħħ).
Catherine Stihler, skont l-Artikolu 69(c)(2)(2) tar-Regoli ta' Proċedura, li tkellmet kontra d-deċiżjoni għal dħul f'negozjati interistituzzjonali.