9. Talba għal konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Artikolu 137(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li, f'konformità mal-Artikolu 137(2) tar-Regoli ta' Proċedura, irċieva talba mingħand il-Kumitat INTA biex jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar it-tħaddim tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi.
Din it-talba għal konsultazzjoni se titqies bħala approvata sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jitolbux fi żmien 24 siegħa mit-tħabbira li għandu jittieħed vot fuqha.