Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 11 ta' Settembru 2018 - Strasburgu

6. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.


6.1. Ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-Brażil għal uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa tal-pjanti tal-għalf, u għal uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa taċ-ċereali, u fir-rigward tal-ekwivalenza taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf u ż-żerriegħa taċ-ċereali prodotti fil-Brażil, kif ukoll fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-Moldova għal uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa taċ-ċereali, uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa tal-ħxejjex, u fir-rigward tal-ewkivalenza taż-żerriegħa taċ-ċereali, taż-żerriegħa tal-ħxejjex u taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra prodotti fil-Moldova [COM(2017)0643 - C8-0400/2017 - 2017/0297(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Czesław Adam Siekierski (A8-0253/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0318)


6.2. Is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar [COM(2018)0021 - C8-0022/2018 - 2018/0006(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Tom Vandenkendelaere (A8-0260/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0319)


6.3. Deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tissottoponi s-sustanzi psikoattivi l-ġodda ċiklopropilfentanil u metossiaċetilfentanil għal miżuri ta' kontroll * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi s-sustanzi psikoattivi l-ġodda N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-il]ċiklopropankarbossammid (ċiklopropilfentanil) u 2-metossi-N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-il]aċetammid (metossiaċetilfentanil) għal miżuri ta' kontroll [09420/2018 - C8-0278/2018 - 2018/0118(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Branislav Škripek (A8-0271/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0320)


6.4. Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Bulgarija, lill-Greċja, lil-Litwanja u lill-Polonja (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Bulgarija, lill-Greċja, lil-Litwanja u lill-Polonja [COM(2018)0360 - C8-0245/2018 - 2018/2078(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Janusz Lewandowski (A8-0272/2018)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament u 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0321)


6.5. Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2018: mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Bulgarija, lill-Greċja, lil-Litwanja u lill-Polonja (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tiġi provduta għajnuna lill-Bulgarija, lill-Greċja, lil-Litwanja u lill-Polonja [11738/2018 - C8-0395/2018 - 2018/2082(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Siegfried Mureşan (A8-0273/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0322)


6.6. L-impatt tal-politika ta' koeżjoni tal-UE fuq l-Irlanda ta' Fuq (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-impatt tal-politika ta' koeżjoni tal-UE fuq l-Irlanda ta' Fuq [2017/2225(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Derek Vaughan (A8-0240/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0323)


6.7. Miżuri speċifiċi għall-Greċja (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri speċifiċi għall-Greċja skont ir-Regolament 2015/1839 [2018/2038(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Pascal Arimont (A8-0244/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0324)


6.8. Mezzi possibbli ta' reintegrazzjoni tal-ħaddiema li qed jirkupraw minn korriment u mard f'impjieg ta' kwalità (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-mezzi possibbli ta' reintegrazzjoni tal-ħaddiema li qed jirkupraw minn korriment u mard f'impjieg ta' kwalità [2017/2277(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Jana Žitňanská (A8-0208/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0325)


6.9. Relazzjonijiet bejn l-UE u pajjiżi terzi li jikkonċernaw ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-servizzi finanzjarji (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u pajjiżi terzi li jikkonċernaw ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-servizzi finanzjarji [2017/2253(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Brian Hayes (A8-0263/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0326)


6.10. It-tisħiħ tat-tkabbir u tal-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar it-tisħiħ tat-tkabbir u tal-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE [2018/2054(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Krzysztof Hetman (A8-0266/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0327)


6.11. Korp Ewropew ta' Solidarjetà ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1288/2013, (UE) Nru 1293/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE [COM(2017)0262 - C8-0162/2017 - 2017/0102(COD)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Helga Trüpel (A8-0060/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVVIŻORJU, DIKJARAZZJONI KONĠUNTA u DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0328)

Interventi

Isabella Adinolfi f'isem il-Grupp EFDD, qabel il-votazzjoni dwar il-ftehim provviżorju, biex titlob li l-emendi jitressqu għall-votazzjoni qabel il-ftehim provviżorju, f'konformità mal-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura.

B'VE (159 vot favur, 476 kontra, 49 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.


6.12. Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali: pakkett finanzjarju u objettiv ġenerali ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali u li jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu [COM(2017)0825 - C8-0433/2017- 2017/0334(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Ruža Tomašić (A8-0227/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVVIŻORJU, DIKJARAZZJONI KONĠUNTA u DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0329)


6.13. Il-Programm Euratom li jikkumplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020 * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2019-2020) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020 [COM(2017)0698 - C8-0009/2018 - 2017/0312(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Rebecca Harms (A8-0258/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0330)

Interventi

Rebecca Harms, wara l-votazzjoni u abbażi tar-riżultati tagħha, biex titlob li isimha jiġi rtirat mir-rapport.


6.14. Miżuri biex jiġu evitati u miġġielda l-mobbing u l-fastidju sesswali fil-post tax-xogħol, fl-ispazji pubbliċi, u fil-ħajja politika fl-UE (votazzjoni)

Rapport dwar miżuri biex jiġu evitati u miġġielda l-mobbing u l-fastidju sesswali fil-post tax-xogħol, fl-ispazji pubbliċi, u fil-ħajja politika fl-UE [2018/2055(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Pina Picierno (A8-0265/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0331)


6.15. L-ugwaljanza tal-lingwi fl-era diġitali (votazzjoni)

Rapport dwar l-ugwaljanza tal-lingwi fl-era diġitali [2018/2028(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Jill Evans (A8-0228/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0332)


6.16. Ġestjoni trasparenti u responsabbli tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw: il-każ tal-foresti (votazzjoni)

Rapport dwar il-ġestjoni trasparenti u responsabbli tar-riżorsi naturali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw: il-każ tal-foresti [2018/2003(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0249/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0333)

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Novembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza