Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 12 ta' Settembru 2018 - Strasburgu

5. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura) (approvazzjoni)
CRE

Il-President ħabbar li rċieva talba għal votazzjoni min-naħa tal-Gruppi EFDD u ENF dwar id-deċiżjoni tal-Kumitat LIBE li tikkonċerna l-ftuħ ta' negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapport dwar il-proposta ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Kosovo) (COM(2016)0277 – C8-0177/2016 – 2016/0139(COD)) Rapporteur: Tanja Fajon (A8-0261/2016), imħabbra fil-Minuti tat-Tnejn 10 ta' Settembru 2018 (punt 8 tal-Minuti ta' 10.9.2018).
Il-votazzjoni se ssir għada f'konformità mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-President ħabbar li ma rċeviex talba għal votazzjoni minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fir-rigward tad-deċiżjonijiet l-oħra għal dħul f'negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tat-Tnejn 10 ta' Settembru 2018 (punt 8 tal-Minuti ta' 10.9.2018).

Il-Kumitati JURI, ITRE, TRAN, EMPL, LIBE, ECON u IMCO għalhekk setgħu jidħlu fin-negozjati wara l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

°
° ° °

Interventi ta': Edouard Martin, dwar is-sanzjonijiet imħabbra lbieraħ (punt 17 tal-Minuti ta' 11.9.2018) (il-President iċċara xi punti), u Dobromir Sośnierz u Karol Karski dwar l-affermazzjonijiet ta' ċerti Membri matul id-dibattitu dwar "Is-sitwazzjoni fl-Ungerija" (punt 11 tal-Minuti ta' 11.9.2018).

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Ġunju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza