Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.
6.1. Kwantitajiet nominali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni tal-ispirtu ddistillat darba biss imsejjaħ "shochu" ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 110/2008 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantitajiet nominali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni tal-ispirtu ddistillat darba biss imsejjaħ "shochu", li jsir fil-Ġappun b'lampik tat-tip "pot still" u li jiġi bbottiljat f'dan il-pajjiż [COM(2018)0199 - C8-0156/2018 - 2018/0097(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Adina-Ioana Vălean (A8-0255/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
6.2. Emenda għall-Memorandum ta' Kooperazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea (mobilizzazzjoni tas-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru) *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Emenda 1 għall-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea [05800/2018 - C8-0122/2018 - 2018/0009(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Rolandas Paksas (A8-0214/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.
6.3. Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-UE (adeżjoni tal-Kroazja) *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea [12256/2014 - C8-0080/2017 - 2014/0023(NLE)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Francisco Assis (A8-0256/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali [COM(2016)0593 - C8-0383/2016- 2016/0280(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Axel Voss (A8-0245/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
Wara l-votazzjoni: Axel Voss biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lura lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura (il-Parlament approva t-talba), u David Coburn.
6.5. Kontrolli fir-rigward tal-flus deħlin u ħerġin mill-Unjoni ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-flus deħlin jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 [COM(2016)0825 - C8-0001/2017 - 2016/0413(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteurs: Mady Delvaux u Juan Fernando López Aguilar (A8-0394/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
6.6. Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali [COM(2016)0826 - C8-0534/2016 - 2016/0414(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Ignazio Corrao (A8-0405/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
Rapport dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni [2017/2131(INL)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Judith Sargentini (A8-0250/2018)
(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament u 2/3 tal-voti mitfugħa għall-votazzjoni finali) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
— Michael Gahler, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Cristian Dan Preda, José Ignacio Salafranca Sánchez Neyra, David McAllister, Sandra Kalniete, Laima Liucija Andrikienė, Elmar Brok, Tunne Kelam, Eduard Kukan, Julia Pitera, Fernando Ruas, f'isem il-Grupp PPE;
— Ana Gomes, Victor Boştinaru, Knut Fleckenstein, Arne Lietz, Clare Moody, f'isem il-Grupp S&D;
— Norica Nicolai, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Gérard Deprez, Ivan Jakovčić, Ilhan Kyuchyuk, Patricia Lalonde, Louis Michel, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jozo Radoš, Frédérique Ries, Marietje Schaake, Ramon Tremosa i Balcells, Johannes Cornelis van Baalen, Hilde Vautmans, Ivo Vajgl, f'isem il-Grupp ALDE;
— Sabine Lösing, Javier Couso Permuy, Kateřina Konečná, Dimitrios Papadimoulis, Stelios Kouloglou, Kostadinka Kuneva, f'isem il-Grupp GUE/NGL;
— Philippe Lamberts, Ernest Urtasun, Bodil Valero, Max Andersson, Klaus Buchner, f'isem il-Grupp Verts/ALE;
— Fabio Massimo Castaldo, Dario Tamburrano, f'isem il-Grupp EFDD.