Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 13 ta' Settembru 2018 - Strasburgu

16. Interpellanzi maġġuri (dibattitu)
CRE

Ir-rikonoxximent ta' Jum l-Ewropea bħala festa pubblika bil-għan tal-promozzjoni tal-valuri tal-UE

Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu (G-000006/2018) ta' Ivan Jakovčić f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Ir-rikonoxximent ta' Jum l-Ewropa bħala festa pubblika bil-għan tal-promozzjoni tal-valuri tal-UE (B8-0038/2018)

Ivan Jakovčić daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.

Interventi ta': Seán Kelly f'isem il-Grupp PPE, Andrejs Mamikins f'isem il-Grupp S&D, Urszula Krupa f'isem il-Grupp ECR, André Elissen f'isem il-Grupp ENF, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ivan Jakovčić (il-President iċċara xi punti wara l-intervent ta' André Elissen), André Elissen biex jiċċara l-intervent tiegħu u Seán Kelly għal punt ta' ordni (il-President iċċara xi punti).

Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis.

Id-dibattitu ngħalaq.

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Diċembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza