Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 1 ta' Ottubru 2018 - Strasburgu

4. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Stefan Gehrold minflok Burkhard Balz bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 20 ta' Settembru 2018.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Stefan Gehrold jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Jannar 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza