Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 1 ta' Ottubru 2018 - Strasburgu

9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet tal-Kumitat ECON li jidħol f'negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikoli 69c (1) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Kumitat ECON, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2013/36/UE u 2014/65/UE (COM(2017)0791 – C8-0452/2017 – 2017/0358(COD)). Rapporteur: Markus Ferber (A8-0295/2018)

- Kumitat ECON, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 1093/2010(COM(2017)0790 – C8-0453/2017 – 2017/0359(COD)). Rapporteur: Markus Ferber (A8-0296/2018)

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofs il-lejl tal-għada, it-Tlieta 2 ta' Ottubru 2018, li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Jannar 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza