10. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 3 ta' Ottubru 2018 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1288/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (00047/2018/LEX - C8-0427/2018 - 2017/0102(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 256/2014 dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta' proġetti ta' investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea (00046/2018/LEX - C8-0426/2018 - 2017/0347(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (00041/2018/LEX - C8-0425/2018 - 2017/0086(COD))