L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Ottubru I 2018 (PE 628.017/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
- Talba tal-Grupp S&D biex tiddaħħal bħala l-ewwel punt tal-Aġenda dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew dwar "Demolizzjoni imminenti tal-villaġġ Bedwin ta' Khan el-Ahmar", segwit minn sensiela ta' inteventi tar-rappreżentanti tal-gruppi politiċi.
Interventi ta': Eider Gardiazabal Rubial f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba (il-President fakkar li dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew ma tistax tiddaħħal fl-Aġenda iżda li l-Assemblea hija libera li tiddiskuti s-suġġett imsemmi), Cristian Dan Preda kontra t-talba, Neoklis Sylikiotis u Margrete Auken favur it-talba.
- Talba tal-Grupp EFDD bil-għan li jiddaħħal bħala t-tieni punt tal-Aġenda, wara d-dibattitu dwar ir-rapport Soledad Cabezón Ruiz (A8-0289/2018) dwar "il-Valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa" (Punt 74 tal-Abbozz tal-Aġenda), dibattitu dwar ir-rapport Sabine Verheyen u Petra Kammerevert (A8-0192/2017) dwar "Il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva" (punt 17 tal-Abbozz tal-Aġenda). Sa issa r-rapport iddaħħal biss fil-ħin tal-votazzjonijiet tat-Tlieta.
Interventi ta': John Stuart Agnew f'isem il-Grupp EFDD, li ġġustifika t-talba, u Petra Kammerevert kontra t-talba.
- Talba tal-Grupp GUE/NGL bil-għan li jintemm id-dibattitu dwar il-mistoqsija orali dwar "Il-kontribut tal-UE għal Strument Vinkolanti tan-NU dwar korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħra b'karatteristiċi transnazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem" (2018/2763(RSP)) (Punt 48 tal-Abbozz tal-Aġenda) permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se tittieħed votazzjoni dwarhom nhar il-Ħamis.
Intervent ta': Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba.
L-iskadenzi għat-tressiq li ġejjin ġew stabbiliti:
mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta, 2 ta' Ottubru 2018, f'12:00 emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni u mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 3 ta' Ottubru 2018, f'12:00 emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 3 ta' Ottubru 2018, fis-13:00 talbiet għal votazzjonijiet separati u għal votazzjonijiet maqsuma: l-Erbgħa 3 ta' Ottubru 2018, fis-19:00.
- Talba tal-Grupp ENF bil-għan li jiddaħħlu bħala l-ewwel punt tal-Aġenda ta' waranofsinhar dikjarazzjoniijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Il-protezzjoni ta' kumpaniji Ewropej kontra l-extraterritorjalità tad-dritt tal-Istati Uniti tal-Amerka".
Interventi ta' Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifika t-talba, u Javier Nart kontra t-talba.
- Talba tal-Grupp GUE/NGL bil-għan li jiddaħħlu bħala s-sitt punt tal-Aġenda ta' waranofsinhar dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Iż-Żieda fil-vjolenza neofaxxista fl-Ewropa". Id-dibattitu se jintemm bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se tittieħed votazzjoni dwarhom matul is-sessjoni ta' Ottubru II.
Interventi ta': Eleonora Forenza f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, u Bruno Gollnisch kontra t-talba.
- Talba tal-Grupp Verts/ALE bil-għan li jemenda t-titlu tad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ''L-emerġenza umanitarja fil-Mediterran: appoġġ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali" (2018/2854(RSP)) (Punt 72 tal-Abbozz tal-Aġenda) f'"L-emerġenza umanitarja fil-Mediterran: il-każ tal-Aquarius u r-rwol tal-appoġġ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali".
Intervent ta': Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifika t-talba.
Talba tal-Grupp GUE/NGL bil-għan li jintemm id-dibattitu dwar il-mistoqsija orali dwar "It-trattament xieraq tal-annimali, l-użu tal-antimikrobiċi u l-impatt ambjentali tat-trobbija industrijali tat-tiġieġa tas-simna" (2018/2858(RSP)) (Punt 79 tal-Abbozz tal-Aġenda) permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jittieħed vot dwarhom matul is-sessjoni ta' Ottubru II.
Intervent ta': Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba.