Indiċi 
Minuti
PDF 263kWORD 77k
It-Tnejn, 1 ta' Ottubru 2018 - Strasburgu
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Dikjarazzjoni tal-Presidenza
 4.Kompożizzjoni tal-Parlament
 5.Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
 6.Kompożizzjoni tal-Parlament
 7.Verifika tal-kredenzjali
 8.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 9.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
 10.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 11.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 12.Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
 13.Dokumenti mressqa
 14.Ordni tal-ħidma
 15.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 16.Valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (dibattitu)
 17.L-implimentazzjoni tal-Linji gwida tal-Kunsill għall-persuni LGBTI, fir-rigward tas-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja (dibattitu)
 18.Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju: IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni (dibattitu)
 19.Teknoloġiji tar-reġistru distribwit u blockchains: noħolqu l-fiduċja bid-diżintermedjazzjoni (dibattitu)
 20.L-Aġenda tal-UE għaż-Żoni Rurali, Muntanjużi u Remoti (dibattitu)
 21.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 22.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 23.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ħamis 13 ta' Settembru 2018 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.04.


3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza

Il-President għamel dikjarazzjoni li fiha ta l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familjari tal-vittmi tat-terremot u z-tsunami li laqtu l-Indoneżja fit-28 ta' Settembru li għadda.

Il-Parlament osserva minuta silenzju.

Il-President ikkundanna bil-qawwa l-attakki personali li riċentement sfaw vittmi tagħhom ċerti Membri tal-Parlament.

Interventi ta':

- Sajjad Karim, li talab li jitneħħa poster espost fuq barra tal-Parlament fi Brussell, li hu jqis bħala iżlamofobiku (il-President impenja ruħu li jeżamina s-sitwazzjoni);

- Ana Miranda dwar is-sitwazzjoni tal-membri antiki Oriol Junqueras Vies u Raül Romeva i Rueda;

- Benedek Jávor li fakkar li dalwaqt se jaħbat l-ewwel anniversarju mill-mewt tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia u talab li tingħata ġieħ f'forma ta' premju (il-President afferma li l-Bureau kien se jiddiskuti dal-punt);

- Lefteris Christoforou u Takis Hadjigeorgiou dwar iċ-ċelebrazzjoni, illum, tal-festa nazzjonali Ċiprijotta u dwar il-firda kontinwa tal-gżira;

- Bruno Gollnisch dwar l-allowances parlamentari tiegħu u l-applikazzjoni tal-Artikolu 68(2), tal-Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew;

- Tomáš Zdechovský dwar in-natura tal-interventi preċedenti, u

- Maria Grapini dwar il-Jum Internazzjonali tal-Anzjani.


4. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Stefan Gehrold minflok Burkhard Balz bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 20 ta' Settembru 2018.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Stefan Gehrold jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


5. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi

Cătălin Sorin Ivan m'għadux Membru tal-Grupp S&D li jiddekorri mis-27 ta' Settembru 2018. Huwa sab postu fost il-Membri mhux affiljati.


6. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet Żvediżi kompetenti għarrfu li Lars Adaktusson ġie elett Membru tal-Parlament nazzjonali b'effett mill-24 ta' Settembru 2018.

Il-Parlament ħa nota u, bi qbil mal-Artikolu 7(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett, u mal-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tiegħu li tiddekorri mill-24 ta' Settembru 2018.


7. Verifika tal-kredenzjali

Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jikkonvalida l-mandat ta' Igor Gräzin b'effett mid-data 5 ta' Settembru 2018.


8. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-Grupp PPE:

Kumitat ECON: Stefan Gehrold minflok Daniel Caspary

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u mal-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN): Stefan Gehrold

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet tal-Kumitat ECON li jidħol f'negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikoli 69c (1) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Kumitat ECON, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2013/36/UE u 2014/65/UE (COM(2017)0791 – C8-0452/2017 – 2017/0358(COD)). Rapporteur: Markus Ferber (A8-0295/2018)

- Kumitat ECON, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 1093/2010(COM(2017)0790 – C8-0453/2017 – 2017/0359(COD)). Rapporteur: Markus Ferber (A8-0296/2018)

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofs il-lejl tal-għada, it-Tlieta 2 ta' Ottubru 2018, li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.


10. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 3 ta' Ottubru 2018 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1288/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (00047/2018/LEX - C8-0427/2018 - 2017/0102(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 256/2014 dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta' proġetti ta' investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea (00046/2018/LEX - C8-0426/2018 - 2017/0347(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (00041/2018/LEX - C8-0425/2018 - 2017/0086(COD))


11. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' Ġunju 2018 hija disponibbli fuq is-sit Europarl.

Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijet parzjali ta' Marzu 2018 u April 2018 huma disponibbli fuq is-sit Europarl.


12. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali segwiti minn dibattitu li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

—   (O-000069/2018) imressqa minn Cecilia Wikström, f'isem il-Kumitat PETI, lill-Kunsill: Ċaħda tad-drittijiet tal-vot fl-UE (B8-0039/2018);

—   (O-000070/2018) imressqa minn Cecilia Wikström, f'isem il-Kumitat PETI, lill-Kummissjoni: Iċ-ċaħda tad-drittijiet tal-vot fl-UE (B8-0040/2018);

—   (O-000072/2018) imressqa minn Malin Björk f'isem il-Grupp GUE/NGL, Tanja Fajon f'isem il-Grupp S&D, Petras Auštrevičius, Sophia in 't Veld, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, u Terry Reintke f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: L-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-Kunsill għall-persuni LGBTI, fir-rigward tas-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja (B8-0401/2018);

—   (O-000074/2018) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, Bernd Lange, f'isem il-Kumitat INTA, Pier Antonio Panzeri, f'isem il-Kumitat AFET, lill-Kummissjoni (Viċi President/Rappreżentant Għoli): Il-kontribut tal-UE għal strument vinkolanti tan-NU dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem (B8-0402/2018);

—   (O-000075/2018) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, Bernd Lange, f'isem il-Kumitat INTA, Pier Antonio Panzeri, f'isem il-Kumitat AFET, lill-Kummissjoni: Il-kontribut tal-UE għal strument vinkolanti tan-NU dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem (B8-0403/2018);

—   (O-000078/2018) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, Bernd Lange, f'isem il-Kumitat INTA, Pier Antonio Panzeri, f'isem il-Kumitat AFET, lill-Kunsill: Il-kontribut tal-UE għal strument vinkolanti tan-NU dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem (B8-0404/2018);

—   (O-000092/2018) imressqa minn Eva Kaili, f'isem il-Kumitat ITRE, lill-Kummissjoni: Teknoloġiji tar-reġistru distribwit u blockchains: noħolqu l-fiduċja bid-diżintermedjazzjoni (B8-0405/2018);

—   (O-000095/2018) imressqa minn Karin Kadenbach, Georges Bach, Catherine Bearder, Dominique Bilde, Richard Corbett, Miriam Dalli, Isabella De Monte, Jørn Dohrmann, Pascal Durand, Stefan Eck, Eleonora Evi, John Flack, Jacqueline Foster, Eugen Freund, Arne Gericke, Michela Giuffrida, Karoline Graswander-Hainz, Jytte Guteland, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Maria Heubuch, John Howarth, Jude Kirton-Darling, Jeppe Kofod, Zdzisław Krasnodębski, Jean Lambert, Jo Leinen, Arne Lietz, Edouard Martin, Alex Mayer, Ana Miranda, Marlene Mizzi, Maria Noichl, Younous Omarjee, Massimo Paolucci, Sirpa Pietikäinen, Pavel Poc, Evelyn Regner, Pirkko Ruohonen-Lerner, Davor Škrlec, Bart Staes, Keith Taylor, Thomas Waitz, Josef Weidenholzer, lill-Kummissjoni: It-trattament xieraq tal-annimali, l-użu tal-antimikrobiċi, u l-impatt ambjentali tat-trobbija industrijali tat-tiġieġ tas-simna (B8-0410/2018).


13. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni (COM(2018)0630 - C8-0404/2018 - 2018/0328(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ITRE

opinjoni :

BUDG, IMCO

- Abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019: pożizzjoni tal-Kunsill tal-4 ta' Settembru 2018 (11737/2018 - C8-0410/2018 - 2018/2046(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

AFET, DEVE, INTA, CONT, ECON, EMPL, ENVI, ITRE, IMCO, TRAN, REGI, AGRI, PECH, CULT, JURI, LIBE, AFCO, FEMM, PETI

- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 216/2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (14463/2017 - C8-0412/2018 - 2017/0039(APP))

irriferut

responsabbli :

JURI

opinjoni :

JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward proċedura ta' verifika relatata mal-ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (COM(2018)0636 - C8-0413/2018 - 2018/0336(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

AFCO

opinjoni :

BUDG, JURI, LIBE

- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit ġenerali għall-2018: Kanċellazzjoni tar-riżerva relatata mas-sostenn lit-Turkija mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), mat-tisħiħ tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat (SEV) u tal-Għajnuna Umanitarja għal azzjonijiet urġenti oħra u l-immodifikar tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) fil-kuntest tal-inizjattiva WiFi4EU (11843/2018 - C8-0415/2018 - 2018/2165(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

AFET, DEVE, ITRE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ġappun min-naħa l-oħra (08462/2018 - C8-0417/2018 - 2018/0122(NLE))

irriferut

responsabbli :

AFET

2) mill-kumitati parlamentari, rapporti

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor (COM(2017)0796 - C8-0005/2018 - 2017/0354(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Ivan Štefanec (A8-0274/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/JHA (COM(2017)0489 - C8-0311/2017 - 2017/0226(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Sylvia-Yvonne Kaufmann (A8-0276/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 305/2011, (UE) Nru 528/2012, (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426 u (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi 2004/42/KE, 2009/48/KE, 2010/35/UE, 2013/29/UE, 2013/53/UE, 2014/28/UE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/31/UE, 2014/32/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE, 2014/68/UE u 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2017)0795 - C8-0004/2018 - 2017/0353(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Nicola Danti (A8-0277/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) (COM(2017)0343 - C8-0219/2017 - 2017/0143(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sophia in 't Veld (A8-0278/2018)

- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2018)0020 - C8-0023/2018 - 2018/0005(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Tibor Szanyi (A8-0279/2018)

- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2017)0569 - C8-0363/2017 - 2017/0251(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Jeppe Kofod (A8-0280/2018)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (06534/2018 - C8-0150/2018 - 2018/0036(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Aldo Patriciello (A8-0281/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jikkoreġi dak ir-Regolament fir-rigward tar-riżorsi għall-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi (COM(2018)0498 - C8-0307/2018 - 2018/0265(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Iskra Mihaylova (A8-0282/2018)

- * Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fakultattiv fir-rigward ta' provvisti ta' ċerti merkanzija u servizzi suxxettibbli għall-frodi u tal-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT (COM(2018)0298 - C8-0265/2018 - 2018/0150(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sirpa Pietikäinen (A8-0283/2018)

- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u 2008/118/KE dwar l-inklużjoni tal-muniċipalità Taljana ta' Campione d'Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta' Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni u fl-applikazzjoni territorjali tad-Direttiva 2008/118/KE (COM(2018)0261 - C8-0226/2018 - 2018/0124(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0284/2018)

- * Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa rigward il-kontenut tar-reġistru elettroniku (COM(2018)0349 - C8-0371/2018 - 2018/0181(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Ivana Maletić (A8-0285/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura li permezz tagħhom il-Kummissjoni tista' titlob lil impriżi u lil assoċjazzjonijiet ta' impriżi jipprovdu l-informazzjoni relatata mas-suq intern u ma' oqsma relatati (COM(2017)0257 - C8-0140/2017 - 2017/0087(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Eva Maydell (A8-0286/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni) (COM(2017)0676 - C8-0395/2017 - 2017/0293(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Miriam Dalli (A8-0287/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE (COM(2018)0051 - C8-0024/2018 - 2018/0018(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Soledad Cabezón Ruiz (A8-0289/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (kodifikazzjoni) (COM(2018)0139 - C8-0116/2018 - 2018/0066(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (A8-0290/2018)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos (2018/2069(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Laura Ferrara (A8-0291/2018)

- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 5/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III – Il-Kummissjoni: Kanċellazzjoni tar-riżerva relatata mas-sostenn lit-Turkija mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), mat-tisħiħ tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat (SEV) u tal-Għajnuna Umanitarja għal azzjonijiet urġenti oħra u l-immodifikar tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) fil-kuntest tal-inizjattiva WiFi4EU (11843/2018 - C8-0415/2018 - 2018/2165(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Siegfried Mureşan (A8-0292/2018)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni li saret min-Netherlands – EGF/2018/001 NL/Attivitajiet ta' servizzi finanzjarji (COM(2018)0548 - C8-0392/2018 - 2018/2220(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Ivana Maletić (A8-0294/2018)


14. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Ottubru I 2018 (PE 628.017/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

- Talba tal-Grupp S&D biex tiddaħħal bħala l-ewwel punt tal-Aġenda dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew dwar "Demolizzjoni imminenti tal-villaġġ Bedwin ta' Khan el-Ahmar", segwit minn sensiela ta' inteventi tar-rappreżentanti tal-gruppi politiċi.

Interventi ta': Eider Gardiazabal Rubial f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba (il-President fakkar li dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew ma tistax tiddaħħal fl-Aġenda iżda li l-Assemblea hija libera li tiddiskuti s-suġġett imsemmi), Cristian Dan Preda kontra t-talba, Neoklis Sylikiotis u Margrete Auken favur it-talba.

B'sejħa tal-ismijiet (143 favur, 150 kontra, 19-il astensjoni), il-Parlament ċaħad it-talba.

- Talba tal-Grupp EFDD bil-għan li jiddaħħal bħala t-tieni punt tal-Aġenda, wara d-dibattitu dwar ir-rapport Soledad Cabezón Ruiz (A8-0289/2018) dwar "il-Valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa" (Punt 74 tal-Abbozz tal-Aġenda), dibattitu dwar ir-rapport Sabine Verheyen u Petra Kammerevert (A8-0192/2017) dwar "Il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva" (punt 17 tal-Abbozz tal-Aġenda). Sa issa r-rapport iddaħħal biss fil-ħin tal-votazzjonijiet tat-Tlieta.

Interventi ta': John Stuart Agnew f'isem il-Grupp EFDD, li ġġustifika t-talba, u Petra Kammerevert kontra t-talba.

B'sejħa tal-ismijiet (82 favur, 216 kontra, 7 astensjonijiet), il-Parlament ċaħad it-talba.

It-Tlieta

- Talba tal-Grupp GUE/NGL bil-għan li jintemm id-dibattitu dwar il-mistoqsija orali dwar "Il-kontribut tal-UE għal Strument Vinkolanti tan-NU dwar korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħra b'karatteristiċi transnazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem" (2018/2763(RSP)) (Punt 48 tal-Abbozz tal-Aġenda) permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se tittieħed votazzjoni dwarhom nhar il-Ħamis.

Intervent ta': Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba.

B'sejħa tal-ismijiet (154 favur, 139 kontra, 3 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.

L-iskadenzi għat-tressiq li ġejjin ġew stabbiliti:

mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta, 2 ta' Ottubru 2018, f'12:00
emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni u mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 3 ta' Ottubru 2018, f'12:00
emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 3 ta' Ottubru 2018, fis-13:00
talbiet għal votazzjonijiet separati u għal votazzjonijiet maqsuma: l-Erbgħa 3 ta' Ottubru 2018, fis-19:00.

- Talba tal-Grupp ENF bil-għan li jiddaħħlu bħala l-ewwel punt tal-Aġenda ta' waranofsinhar dikjarazzjoniijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Il-protezzjoni ta' kumpaniji Ewropej kontra l-extraterritorjalità tad-dritt tal-Istati Uniti tal-Amerka".

Interventi ta' Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifika t-talba, u Javier Nart kontra t-talba.

B'sejħa tal-ismijiet (32 favur, 158 kontra, 42 astensjoni), il-Parlament ċaħad it-talba.

- Talba tal-Grupp GUE/NGL bil-għan li jiddaħħlu bħala s-sitt punt tal-Aġenda ta' waranofsinhar dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Iż-Żieda fil-vjolenza neofaxxista fl-Ewropa". Id-dibattitu se jintemm bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se tittieħed votazzjoni dwarhom matul is-sessjoni ta' Ottubru II.

Interventi ta': Eleonora Forenza f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, u Bruno Gollnisch kontra t-talba.

B'sejħa tal-ismijiet (141 favur, 118 kontra, 29 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

L-Erbgħa

- Talba tal-Grupp Verts/ALE bil-għan li jemenda t-titlu tad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ''L-emerġenza umanitarja fil-Mediterran: appoġġ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali" (2018/2854(RSP)) (Punt 72 tal-Abbozz tal-Aġenda) f'"L-emerġenza umanitarja fil-Mediterran: il-każ tal-Aquarius u r-rwol tal-appoġġ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali".

Intervent ta': Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifika t-talba.

B'sejħa tal-ismijiet (133 favur, 140 kontra, 6 astensjonijiet), il-Parlament ċaħad it-talba.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp GUE/NGL bil-għan li jintemm id-dibattitu dwar il-mistoqsija orali dwar "It-trattament xieraq tal-annimali, l-użu tal-antimikrobiċi u l-impatt ambjentali tat-trobbija industrijali tat-tiġieġa tas-simna" (2018/2858(RSP)) (Punt 79 tal-Abbozz tal-Aġenda) permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jittieħed vot dwarhom matul is-sessjoni ta' Ottubru II.

Intervent ta': Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba.

B'sejħa tal-ismijiet (147 favur, 113 kontra, 9 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


15. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.

Intervent ta': Bruno Gollnisch.

PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT
Viċi President


16. Valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE [COM(2018)0051 - C8-0024/2018 - 2018/0018(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Soledad Cabezón Ruiz (A8-0289/2018)

Soledad Cabezón Ruiz ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Cristian-Silviu Buşoi (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Lieve Wierinck (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Françoise Grossetête f'isem il-Grupp PPE, Biljana Borzan f'isem il-Grupp S&D, Bolesław G. Piecha f'isem il-Grupp ECR, Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, Piernicola Pedicini f'isem il-Grupp EFDD, Joëlle Mélin f'isem il-Grupp ENF, Eleftherios Synadinos Membru mhux affiljat, Peter Liese, Tiemo Wölken, Carlos Zorrinho u Karin Kadenbach.

PRESIDENZA: Bogusław LIBERADZKI
Viċi President

Interventi ta': Nicola Caputo u Mireille D'Ornano.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': José Inácio Faria, Notis Marias, Georgios Epitideios, Bogdan Andrzej Zdrojewski u Lampros Fountoulis.

Interventi ta': Christos Stylianides u Soledad Cabezón Ruiz.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 9.4 tal-Minuti ta' 3.10.2018.


17. L-implimentazzjoni tal-Linji gwida tal-Kunsill għall-persuni LGBTI, fir-rigward tas-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000072/2018) imressqa minn Malin Björk, f'isem il-Grupp GUE/NGL, Tanja Fajon, f'isem il-Grupp S&D, Petras Auštrevičius, Sophia in 't Veld u Marietje Schaake, f'isem il-Grupp ALDE, u Terry Reintke, f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: L-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-Kunsill għall-persuni LGBTI, fir-rigward tas-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja (B8-0401/2018)

Daniele Viotti, Marietje Schaake u Terry Reintke daħlu aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.

Interventi ta': Elly Schlein f'isem il-Grupp S&D, Marek Jurek f'isem il-Grupp ECR, Linnéa Engström f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Marek Jurek, Lynn Boylan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Mylène Troszczynski f'isem il-Grupp ENF, Brando Benifei, Ulrike Trebesius, Julie Ward, Mark Demesmaeker u Michela Giuffrida.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Pirkko Ruohonen-Lerner u Lampros Fountoulis.

Intervent ta': Christos Stylianides.

Id-dibattitu ngħalaq.


18. Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju: IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju: IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni (2018/2689(RSP))

Andrus Ansip (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Theodor Dumitru Stolojan f'isem il-Grupp PPE, Pervenche Berès f'isem il-Grupp S&D, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, Caroline Nagtegaal f'isem il-Grupp ALDE, Miguel Viegas f'isem il-Grupp GUE/NGL, Lampros Fountoulis Membru mhux affiljat, u Doru-Claudian Frunzulică.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Andrzej Zdrojewski.

Intervent ta': Andrus Ansip.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Theodor Dumitru Stolojan, f'isem il-Kumitat ECON, dwar l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju: IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni (2018/2689(RSP)) (B8-0442/2018).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 9.7 tal-Minuti ta' 3.10.2018.


19. Teknoloġiji tar-reġistru distribwit u blockchains: noħolqu l-fiduċja bid-diżintermedjazzjoni (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000092/2018) imressqa minn Eva Kaili, f'isem il-Kumitat ITRE, lill-Kummissjoni: Teknoloġiji tar-reġistru distribwit u blockchains: noħolqu l-fiduċja bid-diżintermedjazzjoni (B8-0405/2018)

Andrus Ansip (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.

Eva Kaili daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

Interventi ta': Henna Virkkunen f'isem il-Grupp PPE, Miapetra Kumpula-Natri f'isem il-Grupp S&D, Caroline Nagtegaal f'isem il-Grupp ALDE, Jakop Dalunde f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Dario Tamburrano f'isem il-Grupp EFDD, Christelle Lechevalier f'isem il-Grupp ENF, Dobromir Sośnierz Membru mhux affiljat, Carlos Zorrinho, Lieve Wierinck, Anne-Marie Mineur, Paul Rübig, José Blanco López, Antanas Guoga, Sirpa Pietikäinen u Cristian-Silviu Buşoi.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Seán Kelly u Notis Marias.

Intervent ta': Andrus Ansip.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Eva Kaili, f'isem il-Kumitat ITRE, dwar teknoloġiji tar-reġistru distribwit u blockchains: noħolqu l-fiduċja bid-diżintermedjazzjoni (2017/2772(RSP)) (B8-0397/2018).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 9.8 tal-Minuti ta' 3.10.2018.


20. L-Aġenda tal-UE għaż-Żoni Rurali, Muntanjużi u Remoti (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: L-Aġenda tal-UE għaż-Żoni Rurali, Muntanjużi u Remoti (2018/2720(RSP))

Corina Crețu (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Lambert van Nistelrooij f'isem il-Grupp PPE, Mercedes Bresso f'isem il-Grupp S&D, u Ruža Tomašić f'isem il-Grupp ECR.

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President

Interventi ta': Jozo Radoš f'isem il-Grupp ALDE, Bronis Ropė f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ángela Vallina f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jacques Colombier f'isem il-Grupp ENF, Herbert Dorfmann, Momchil Nekov, Mirosław Piotrowski, Thomas Waitz, Maria Lidia Senra Rodríguez, Daniel Buda, Julie Ward, Notis Marias, Marie-Pierre Vieu, Fernando Ruas, Monika Smolková, Franc Bogovič u Michela Giuffrida.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Csaba Sógor, Michel Dantin, Florent Marcellesi, Michaela Šojdrová, Krzysztof Hetman, Mairead McGuinness, Stanislav Polčák u Lívia Járóka.

Intervent ta': Corina Crețu.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Iskra Mihaylova, f'isem il-Kumitat DEVE, dwar l-indirizzar tal-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni rurali, muntanjużi u remoti (2018/2720(RSP)) (B8-0399/2018).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 9.9 tal-Minuti ta' 3.10.2018.


21. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Daniel Buda, John Howarth, Ruža Tomašić, Izaskun Bilbao Barandica, Ana Miranda, Maria Lidia Senra Rodríguez, Gerard Batten, Gilles Lebreton, Corina Crețu (Membru tal-Kummissjoni) dwar l-intervent preċedenti, Dobromir Sośnierz, Michaela Šojdrová, Eric Andrieu, Notis Marias, João Pimenta Lopes, László Tőkés, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Mirosław Piotrowski, Marie-Pierre Vieu, Stanislav Polčák, Maria Gabriela Zoană, Lynn Boylan, Tomáš Zdechovský, Julie Ward, Răzvan Popa u Andrejs Mamikins.


22. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 628.017/OJMA).


23. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.28.

Klaus Welle

Pavel Telička

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Ademov, Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Albiol Guzmán, Ali, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Androulakis, Annemans, Arena, Arnautu, Arnott, Arthuis, Ashworth, Assis, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balčytis, Balczó, Barekov, Bashir, Batten, Bay, Bearder, Becerra Basterrechea, Beghin, Belder, Belet, Benifei, Beňová, Berès, Bergeron, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Boutonnet, Boylan, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullock, Buşoi, Bütikofer, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, van de Camp, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Charanzová, Chauprade, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Cicu, Ciocca, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Colombier, Comi, Corazza Bildt, Corbett, Cornillet, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalunde, Dance, Danti, Dantin, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, Demesmaeker, De Monte, Deprez, Deß, Detjen, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Didier, Dlabajová, Dodds, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Durand, Dzhambazki, Eck, Eickhout, Elissen, Engel, Engström, Epitideios, Erdős, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Farage, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrandino, Ferrara, Fisas Ayxelà, Fitto, Flanagan, Fleckenstein, Forenza, Fountoulis, Franz, Freund, Frunzulică, Gabelic, Gahler, Gál, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Giménez Barbat, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, González Pons, Gosiewska, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guoga, Guteland, Gutiérrez Prieto, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Hansen, Harkin, Harms, Häusling, Hautala, Hazekamp, Hedh, Henkel, Herranz García, Hetman, Hirsch, Hoc, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howarth, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, James, Jamet, Járóka, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joulaud, Jurek, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Karim, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirton-Darling, Klinz, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohn, Kölmel, Konečná, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kuhn, Kumpula-Natri, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lalonde, Lamassoure, Lambert, Lange, Langen, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Lechevalier, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Leontini, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, López, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lundgren, Łybacka, McAllister, McGuinness, Macovei, Maletić, Malinov, Mamikins, Mandl, Mănescu, Maňka, Mann, Manscour, Marcellesi, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Matera, Matias, Mato, Maullu, Maurel, Mavrides, Mayer Georg, Mayer Alex, Mazuronis, Meissner, Mélin, Melior, Melo, Meszerics, Meuthen, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Miranda, Mitrofanovs, Mizzi, Mlinar, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Montel, Moody, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Müller, Muselier, Nagtegaal, Nagy, Nart, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nistelrooij, Noichl, Novakov, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Padar, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Palmer, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Parker, Paşcu, Pavel, Payne, Pedicini, Peterle, Petersen, Petir, Philippot, Picierno, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Poche, Polčák, Popa, Poręba, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Proust, Punset, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Rangel, Rebega, Reda, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Ribeiro, Ries, Riquet, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Sander, Sant, dos Santos, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schirdewan, Schlein, Schmidt, Scholz, Schreijer-Pierik, Schulze, Schuster, Scott Cato, Scottà, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Škrlec, Smolková, Sógor, Šojdrová, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Sośnierz, Spinelli, Staes, Starbatty, Štětina, Stevens, Stihler, Stolojan, Stuger, Šuica, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Țapardel, Tarand, Taylor, Telička, Theocharous, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Ujazdowski, Ulvskog, Ungureanu, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vallina, Vana, Van Brempt, Vaughan, Vautmans, Vergiat, Viegas, Vieu, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Waitz, Ward, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Werner, Wierinck, Wikström, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wölken, Záborská, Zagorakis, Zammit Dimech, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zimmer, Złotowski, Zoană, Zoffoli, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Atkinson, Bendtsen, Bours, Crowley, Finch, Fotyga, Händel, Maštálka, Monteiro de Aguiar, Ponga, Saudargas, Schöpflin, Seymour, Torres Martínez, Verheyen, Žitňanská

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Jannar 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza