Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 2 ta' Ottubru 2018 - Strasburgu

2. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitat LIBE bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:

- Rettifika (P8_TA-PROV(2018)0310(COR01)) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (P8_TA-PROV(2018)0310) (COM(2017)0352 – C8-0216/2017 – 2017/0145(COD))

Skont l-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies li tkun ġiet approvata, ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa, issir talba minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx biex jittieħed vot fuqha.

Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Jannar 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza