Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 2 ta' Ottubru 2018 - Strasburgu

7. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.


7.1. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos [2018/2069(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Laura Ferrara (A8-0291/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0358)


7.2. Pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (kodifikazzjoni) [COM(2018)0139 - C8-0116/2018 - 2018/0066(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (A8-0290/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0359)


7.3. Ftehim UE-Marokk għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika: it-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Marokk fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) [06534/2018 - C8-0150/2018 - 2018/0036(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Aldo Patriciello (A8-0281/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0360)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


7.4. Ftehim UE-Kanada dwar it-trasport bl-ajru *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra [15380/2010 - C7-0386/2010 - 2009/0018(NLE)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Francisco Assis (A8-0254/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0361)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


7.5. L-inklużjoni tal-muniċipalità Taljana ta' Campione d'Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta' Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni* (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u 2008/118/KE dwar l-inklużjoni tal-muniċipalità Taljana ta' Campione d'Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta' Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni u fl-applikazzjoni territorjali tad-Direttiva 2008/118/KE [COM(2018)0261 - C8-0226/2018 - 2018/0124(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0284/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0362)

Interventi

David Coburn, f'isem il-Grupp EFDD, li talab li l-votazzzjoni tiġi aġġornata, bi qbil mal-Artikolu190(4) tar-Regoli ta' Proċedura, u Roberto Gualtieri (rapporteur) kontra t-talba.

Il-Parlament irrifjuta din it-talba.

David Coburn, fi tmiem il-votazzjoni.


7.6. Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Applikazzjoni EGF/2018/001 NL/Attivitajiet ta' servizzi finanzjarji (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni min-Netherlands EGF/2018/001 NL/Attivitajiet ta' servizzi finanzjarji [COM(2018)0548 - C8-0392/2018 - 2018/2220(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Ivana Maletić (A8-0294/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0363)


7.7. Il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu [COM(2016)0287 - C8-0193/2016- 2016/0151(COD)] – Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteurs: Sabine Verheyen u Petra Kammerevert (A8-0192/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0364)

Interventi

Isabella Adinolfi, f'isem il-Grupp EFDD, qabel il-votazzjoni dwar il-ftehim provviżorju, biex titlob li l-emendi jitressqu għall-votazzjoni qabel il-ftehim provviżorju, bi qbil mal-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.


7.8. Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 5 għall-Baġit Ġenerali 2018 Kanċellazzjoni tar-riżerva relatata mas-sostenn lit-Turkija mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), mat-tisħiħ tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat (SEV) u tal-Għajnuna Umanitarja għal azzjonijiet urġenti oħra u mmodifikar tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) fil-kuntest tal-inizjattiva WiFi4EU (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 5/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III – Il-Kummissjoni: Kanċellazzjoni tar-riżerva relatata mas-sostenn lit-Turkija mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), mat-tisħiħ tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat (SEV) u tal-Għajnuna Umanitarja għal azzjonijiet urġenti oħra u l-immodifikar tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) fil-kuntest tal-inizjattiva WiFi4EU [11843/2018 - C8-0415/2018 - 2018/2165(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Siegfried Mureşan (A8-0292/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0365)

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Jannar 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza