Indiċi 
Minuti
PDF 262kWORD 77k
It-Tlieta, 2 ta' Ottubru 2018 - Strasburgu
1.Ftuħ tas-seduta
 2.Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
 3.Tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta' Ottubru (dibattitu)
 4.Seduta solenni - Monténégro
 5.Tkomplija tas-seduta
 6.Avviżi mill-Presidenza
 7.Ħin tal-votazzjonijiet
  
7.1.Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.2.Pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.3.Ftehim UE-Marokk għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika: it-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Marokk fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.4.Ftehim UE-Kanada dwar it-trasport bl-ajru *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.5.L-inklużjoni tal-muniċipalità Taljana ta' Campione d'Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta' Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni* (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.6.Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Applikazzjoni EGF/2018/001 NL/Attivitajiet ta' servizzi finanzjarji (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.7.Il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva ***I (votazzjoni)
  
7.8.Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 5 għall-Baġit Ġenerali 2018 Kanċellazzjoni tar-riżerva relatata mas-sostenn lit-Turkija mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), mat-tisħiħ tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat (SEV) u tal-Għajnuna Umanitarja għal azzjonijiet urġenti oħra u mmodifikar tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) fil-kuntest tal-inizjattiva WiFi4EU (votazzjoni)
 8.Spjegazzjonijiet tal-vot
 9.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 10.Tkomplija tas-seduta
 11.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 12.Il-kontribut tal-UE għal Strument Vinkolanti tan-NU dwar korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħra b'karatteristiċi transnazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem (dibattitu)
 13.Appoġġ tal-UE lill-UNRWA, wara l-irtirar tal-appoġġ finanzjarju lill-UNRWA min-naħa tal-Istati Uniti (dibattitu)
 14.Is-sitwazzjoni fil-Jemen (dibattitu)
 15.Standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ***I (dibattitu)
 16.L-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tal-VAT * - Ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud * (dibattitu)
 17.Żieda fil-vjolenza neofaxxista fl-Ewropa (dibattitu)
 18.Tneħħija tad-drittijiet tal-vot fl-UE (dibattitu)
 19.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 20.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

1. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 09.02.


2. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitat LIBE bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:

- Rettifika (P8_TA-PROV(2018)0310(COR01)) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (P8_TA-PROV(2018)0310) (COM(2017)0352 – C8-0216/2017 – 2017/0145(COD))

Skont l-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies li tkun ġiet approvata, ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa, issir talba minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx biex jittieħed vot fuqha.

Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.


3. Tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta' Ottubru (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta' Ottubru (2018/2771(RSP))

Juliane Bogner-Strauss (President fil-kariga tal-Kunsill) u Jean-Claude Juncker (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D, Hans-Olaf Henkel f'isem il-Grupp ECR, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFDD, Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ENF, u Diane Dodds Membru mhux affiljata.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

Interventi ta': Angelika Niebler, Tanja Fajon, Helga Stevens, Sophia in 't Veld, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, Molly Scott Cato, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' James Carver, Marina Albiol Guzmán, Marco Valli, Harald Vilimsky, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Zoltán Balczó, Esteban González Pons, Josef Weidenholzer, Peter van Dalen, Pavel Telička, Reinhard Bütikofer, Lynn Boylan, Mara Bizzotto, Eleftherios Synadinos, li rrifjuta mistoqsija "karta blu" ta' Liisa Jaakonsaari, Elmar Brok, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Luke Ming Flanagan u Hans-Olaf Henkel, Kathleen Van Brempt, James Nicholson, Luke Ming Flanagan, Gerolf Annemans, Kinga Gál, li rrifjutat żewġ mistoqsijiet “karta blu” ta' Liisa Jaakonsaari u Sophia in 't Veld, Roberto Gualtieri, Richard Sulík, Paulo Rangel, Birgit Sippel, Mirosław Piotrowski, li rrifjuta mistoqsija "karta blu" ta' Liisa Jaakonsaari, Andrey Kovatchev, Knut Fleckenstein, li rrifjuta mistoqsija "karta blu" ta' Marek Jurek, Michaela Šojdrová, Cécile Kashetu Kyenge, Dubravka Šuica, Richard Corbett, Othmar Karas, Patrizia Toia, Ivo Belet, Péter Niedermüller u Maria João Rodrigues.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Lefteris Christoforou, Elly Schlein, Marek Jurek, Neoklis Sylikiotis, Georgios Epitideios, Seán Kelly, Marita Ulvskog, Notis Marias, João Ferreira, Maria Grapini, Lampros Fountoulis u Costas Mavrides.

Interventi ta': Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni) u Juliane Bogner-Strauss.

Id-dibattitu ngħalaq.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta sa ma bdiet is-seduta solenni: 11.25.)


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

4. Seduta solenni - Monténégro

Minn 11.38 sa 12.02 saret seduta solenni tal-Parlament fl-okkażjoni tad-diskors ta' Milo Đukanović, President tal-Montenegro.

(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet).


5. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.04.


6. Avviżi mill-Presidenza

Il-President ħabbar l-avviżi li ġejjin:

"Nixtieq ngħarrafkom li llum, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stabbilixxiet li l-Parlament Ewropew jista’ jeżerċita parti mis-setgħat baġitarji tiegħu fi Brussell minflok fi Strasburgu jekk ċerti esiġenzi tal-funzjonament xieraq tal-proċedura baġitarja jkunu jeħtiġuh. B’konsegwenza ta’ dan, il-Qorti rrikonoxxiet li l-Parlament Ewropew kien intitolat li jadotta l-baġit annwali tal-Unjoni għall-2017, fit-tieni qari, fi Brussell."

°
° ° °

"Fl-10 ta’ Settembru 2018, imponejt sanzjonijiet fuq Georges Bach, Guillaume Balas, José Bové, Edouard Martin, Claude Rolin, Maria Arena u Isabelle Thomas għall-azzjonijiet tagħhom matul is-sessjoni plenarja tal-3 ta’ Lulju 2018 li fixklu l-ħidma tal-Parlament b'mod serju u pprovokaw interuzzjoni fis-sessjoni plenarja.

Fil-11 ta' Settembru 2018, Maria Arena, George Bach, Guillaume Balas, Edouard Martin u Isabelle Thomas appellaw din id-deċiżjoni.

Fil-laqgħa tiegħu lbieraħ, il-Bureau eżamina dawn l-appelli u kkonferma d-deċiżjonijiet ta’ sanzjoni li jikkonsistu, fir-rigward ta' Georges Bach, Guillaume Balas, Maria Arena et Isabelle Thomas, fit-telf tal-intitolament għall-allowance għas-sussistenza għal ħamest ijiem u, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-vot fis-sessjoni plenarja, għal sospensjoni mill-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament u l-korpi tiegħu għal perjodu ta’ ħamest ijiem konsekuttivi li fihom jiltaqa’ l-Parlament jew kwalunkwe wieħed mill-korpi, il-kumitati jew id-delegazzjonijiet tiegħu u, fir-rigward ta' Edoaurd Martin, fit-telf tal-intitolament għall-allowance għas-sussistenza għal tmint ijiem u, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-vot fis-sessjoni plenarja, għal sospensjoni mill-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament u l-korpi tiegħu għal perjodu ta’ tmint ijiem konsekuttivi li fihom jiltaqa’ l-Parlament jew kwalunkwe wieħed mill-korpi, il-kumitati jew id-delegazzjonijiet tiegħu. Dawn il-penali, li kienu ġew sospiżi fil-mument tat-tressiq tal-appelli, jerġgħu jibdew japplikaw mil-lum."

°
° ° °

"Wara l-konklużjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv rigward il-fastidju mogħti lil xi assistenti parlamentari akkreditati minn Membri tal-Parlament Ewropew, filwaqt li jitqiesu l-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Membri kkonċernati, iddeċidejt li nimponi sanzjoni kontra Giulia Moi, skont l-Artikolu 166 tar-Regoli ta’ Proċedura, minħabba l-imġiba tagħha fir-rigward tal-assistenti parlamentari akkreditati tagħha, li tikkostitwixxi fastidju psikoloġiku. Is-sanzjoni tikkonsisti mit-telf tad-dritt għall-allowance ta' sussistenza ta' kuljum għal perjodu ta' 12-il ġurnata. Id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata llum lill-Membru kkonċernat, u hija tista’ tressaq appell intern lill-Bureau kontra din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 167 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament. Dan l-appell għandu jkollu l-effett li jissospendi l-applikazzjoni ta' dik is-sanzjoni."

PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President

Interventi ta': Bruno Gollnisch (il-President għamel xi preċiżjonijiet), Eleonora Forenza, Udo Bullmann, Edouard Martin u Cécile Kashetu Kyenge.


7. Ħin tal-votazzjonijiet

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.


7.1. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos [2018/2069(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Laura Ferrara (A8-0291/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0358)


7.2. Pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (kodifikazzjoni) [COM(2018)0139 - C8-0116/2018 - 2018/0066(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (A8-0290/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0359)


7.3. Ftehim UE-Marokk għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika: it-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Marokk fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) [06534/2018 - C8-0150/2018 - 2018/0036(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Aldo Patriciello (A8-0281/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0360)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


7.4. Ftehim UE-Kanada dwar it-trasport bl-ajru *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra [15380/2010 - C7-0386/2010 - 2009/0018(NLE)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Francisco Assis (A8-0254/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0361)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


7.5. L-inklużjoni tal-muniċipalità Taljana ta' Campione d'Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta' Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni* (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u 2008/118/KE dwar l-inklużjoni tal-muniċipalità Taljana ta' Campione d'Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta' Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni u fl-applikazzjoni territorjali tad-Direttiva 2008/118/KE [COM(2018)0261 - C8-0226/2018 - 2018/0124(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0284/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0362)

Interventi

David Coburn, f'isem il-Grupp EFDD, li talab li l-votazzzjoni tiġi aġġornata, bi qbil mal-Artikolu190(4) tar-Regoli ta' Proċedura, u Roberto Gualtieri (rapporteur) kontra t-talba.

Il-Parlament irrifjuta din it-talba.

David Coburn, fi tmiem il-votazzjoni.


7.6. Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Applikazzjoni EGF/2018/001 NL/Attivitajiet ta' servizzi finanzjarji (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni min-Netherlands EGF/2018/001 NL/Attivitajiet ta' servizzi finanzjarji [COM(2018)0548 - C8-0392/2018 - 2018/2220(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Ivana Maletić (A8-0294/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0363)


7.7. Il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu [COM(2016)0287 - C8-0193/2016- 2016/0151(COD)] – Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteurs: Sabine Verheyen u Petra Kammerevert (A8-0192/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0364)

Interventi

Isabella Adinolfi, f'isem il-Grupp EFDD, qabel il-votazzjoni dwar il-ftehim provviżorju, biex titlob li l-emendi jitressqu għall-votazzjoni qabel il-ftehim provviżorju, bi qbil mal-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.


7.8. Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 5 għall-Baġit Ġenerali 2018 Kanċellazzjoni tar-riżerva relatata mas-sostenn lit-Turkija mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), mat-tisħiħ tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat (SEV) u tal-Għajnuna Umanitarja għal azzjonijiet urġenti oħra u mmodifikar tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) fil-kuntest tal-inizjattiva WiFi4EU (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 5/2018 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, Taqsima III – Il-Kummissjoni: Kanċellazzjoni tar-riżerva relatata mas-sostenn lit-Turkija mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), mat-tisħiħ tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat (SEV) u tal-Għajnuna Umanitarja għal azzjonijiet urġenti oħra u l-immodifikar tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) fil-kuntest tal-inizjattiva WiFi4EU [11843/2018 - C8-0415/2018 - 2018/2165(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Siegfried Mureşan (A8-0292/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0365)


8. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-Parlament.


9. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fuq is-sit Europarl, "Plenarja", "Votazzjonijiet", "Riżultati tal-Votazzjonijiet" (Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet).

Il-verżjoni elettronika fuq is-sit Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 12.23.)


PRESIDENZA: Pavel TELIČKA
Viċi President

10. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.01.


11. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


12. Il-kontribut tal-UE għal Strument Vinkolanti tan-NU dwar korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħra b'karatteristiċi transnazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000078/2018) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, Bernd Lange, f'isem il-Kumitat IMCO u Pier Antonio Panzeri, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kunsill: Il-kontribut tal-UE għal strument vinkolanti tan-NU dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem (B8-0404/2018)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000074/2018) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, Bernd Lange, f'isem il-Kumitat IMCO u Pier Antonio Panzeri, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: VP/HR - Il-kontribut tal-UE għal strument vinkolanti tan-NU dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem (B8-0402/2018)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000075/2018) imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, Bernd Lange, f'isem il-Kumitat IMCO u Pier Antonio Panzeri, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Il-kontribut tal-UE għal strument vinkolanti tan-NU dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem (B8-0403/2018)

Mirja Vehkaperä, Bernd Lange u Pier Antonio Panzeri daħlu aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet.

Juliane Bogner-Strauss (President fil-kariga tal-Kunsill) u Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) wieġbu l-mistoqsijiet.

Interventi ta': José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-Grupp PPE, David Martin f'isem il-Grupp S&D, Joachim Starbatty f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Olaf Stuger, Louis Michel f'isem il-Grupp ALDE, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ignazio Corrao f'isem il-Grupp EFDD, Olaf Stuger f'isem il-Grupp ENF, Bogdan Brunon Wenta, Enrique Guerrero Salom, Ruža Tomašić, Beatriz Becerra Basterrechea, Heidi Hautala, Helmut Scholz, William (The Earl of) Dartmouth, Jean-Luc Schaffhauser, Francisco Assis, Marietje Schaake, Anne-Marie Mineur, Elly Schlein, Jude Kirton-Darling, Cécile Kashetu Kyenge, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Karoline Graswander-Hainz, Doru-Claudian Frunzulică u Julie Ward.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Andrzej Zdrojewski, Juan Fernando López Aguilar, Notis Marias, Linnéa Engström, Takis Hadjigeorgiou, Eleonora Forenza, Lampros Fountoulis u Georgios Epitideios.

Interventi ta': Christos Stylianides u Juliane Bogner-Strauss.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu bi qbil mal-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.8 tal-Minuti ta' 4.10.2018.


13. Appoġġ tal-UE lill-UNRWA, wara l-irtirar tal-appoġġ finanzjarju lill-UNRWA min-naħa tal-Istati Uniti (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Appoġġ tal-UE lill-UNRWA, wara l-irtirar tal-appoġġ finanzjarju lill-UNRWA min-naħa tal-Istati Uniti (2018/2852(RSP))

Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Interventi ta': José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-Grupp PPE, Elena Valenciano f'isem il-Grupp S&D, Bas Belder f'isem il-Grupp ECR, Hilde Vautmans f'isem il-Grupp ALDE, Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE, Neoklis Sylikiotis f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Rosa D'Amato f'isem il-Grupp EFDD.

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

Interventi ta': Marcus Pretzell f'isem il-Grupp ENF, Sotirios Zarianopoulos Membru mhux affiljat, Michael Gahler, Knut Fleckenstein, Anders Primdahl Vistisen, Javier Nart, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Arne Gericke, Jordi Solé, Sofia Sakorafa, André Elissen, Francisco José Millán Mon, Eider Gardiazabal Rubial, Branislav Škripek, Jacques Colombier, Michaela Šojdrová, Pier Antonio Panzeri u Enrique Guerrero Salom.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': José Inácio Faria, Arne Lietz, Notis Marias, Izaskun Bilbao Barandica, Ana Miranda, Javier Couso Permuy, Fabio Massimo Castaldo u Eleftherios Synadinos.

Intervent ta': Johannes Hahn.

Id-dibattitu ngħalaq.


14. Is-sitwazzjoni fil-Jemen (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fil-Jemen (2018/2853(RSP))

Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Interventi ta': Ramona Nicole Mănescu f'isem il-Grupp PPE, Victor Boştinaru f'isem il-Grupp S&D, Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Bodil Valero f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ángela Vallina f'isem il-Grupp GUE/NGL, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, Marie-Christine Arnautu f'isem il-Grupp ENF, Georgios Epitideios Membru mhux affiljat, David McAllister, Pier Antonio Panzeri, Sajjad Karim, Patricia Lalonde, Yannick Jadot, Ignazio Corrao, James Carver, Cristian Dan Preda, Enrique Guerrero Salom, Charles Tannock u Margot Parker.

PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

Interventi ta': Udo Voigt, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Neena Gill u Michaela Šojdrová.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Julie Ward, Hilde Vautmans, Ana Miranda, Takis Hadjigeorgiou, Lampros Fountoulis, Notis Marias u João Pimenta Lopes.

Intervent ta': Christos Stylianides.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.9 tal-Minuti ta' 4.10.2018.


15. Standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni) [COM(2017)0676 - C8-0395/2017 - 2017/0293(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Miriam Dalli (A8-0287/2018)

Miriam Dalli ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Miguel Arias Cañete (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Karima Delli (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Jens Gieseke f'isem il-Grupp PPE, Kathleen Van Brempt f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Nils Torvalds f'isem il-Grupp ALDE, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Peter Liese, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Eleonora Evi f'isem il-Grupp EFDD, Danilo Oscar Lancini f'isem il-Grupp ENF, Lampros Fountoulis Membru mhux affiljat, Peter Liese, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Rebecca Harms, Răzvan Popa, Evžen Tošenovský, Gerben-Jan Gerbrandy, Bas Eickhout, Stefan Eck, Julia Reid, Georg Mayer, Massimiliano Salini, Jo Leinen, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bill Etheridge, Peter van Dalen, Jozo Radoš, Jakop Dalunde, Neoklis Sylikiotis, Ivo Belet, Jytte Guteland, Dita Charanzová, Pilar Ayuso, Seb Dance, Gesine Meissner, Andrzej Grzyb, Christel Schaldemose, Annie Schreijer-Pierik, Damiano Zoffoli u Markus Pieper.

PRESIDENZA: Pavel TELIČKA
Viċi President

Interventi ta': Massimo Paolucci, György Hölvényi, Carlos Zorrinho, José Blanco López, Francesc Gambús, Sirpa Pietikäinen, Christophe Hansen, Claudia Schmidt u Henna Virkkunen.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': José Inácio Faria, Seán Kelly, Werner Kuhn, Nicola Caputo, Notis Marias, Igor Šoltes, Davor Škrlec, João Ferreira u Georgios Epitideios.

Interventi ta': Miguel Arias Cañete u Miriam Dalli.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 9.5 tal-Minuti ta' 3.10.2018.


16. L-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tal-VAT * - Ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud * (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri [COM(2017)0569 - C8-0363/2017 - 2017/0251(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Jeppe Kofod (A8-0280/2018)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud [COM(2018)0020 - C8-0023/2018 - 2018/0005(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Tibor Szanyi (A8-0279/2018)

Jeppe Kofod u Tibor Szanyi ippreżentaw ir-rapport.

Intervent ta': Miguel Arias Cañete (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Ivana Maletić f'isem il-Grupp PPE, Pervenche Berès f'isem il-Grupp S&D, Stanisław Ożóg f'isem il-Grupp ECR, Thierry Cornillet f'isem il-Grupp ALDE, Molly Scott Cato f'isem il-Grupp Verts/ALE, Miguel Viegas f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bill Etheridge f'isem il-Grupp EFDD, Angelo Ciocca f'isem il-Grupp ENF, Dobromir Sośnierz Membru mhux affiljat, Werner Langen, Arndt Kohn, Notis Marias, Jean Arthuis, Dimitrios Papadimoulis, David Coburn, Dariusz Rosati, Doru-Claudian Frunzulică, Tom Vandenkendelaere, Neena Gill, Theodor Dumitru Stolojan, Othmar Karas u Sirpa Pietikäinen.

Intervent ta': Miguel Arias Cañete.

PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

Intervent ta': Tibor Szanyi.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 9.1 tal-Minuti ta' 3.10.2018 u punt 9.6 tal-Minuti ta' 3.10.2018.


17. Żieda fil-vjolenza neofaxxista fl-Ewropa (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Żieda fil-vjolenza neofaxxista fl-Ewropa (2018/2869(RSP))

Juliane Bogner-Strauss (President fil-kariga tal-Kunsill) u Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Róża Gräfin von Thun und Hohenstein f'isem il-Grupp PPE, Cécile Kashetu Kyenge f'isem il-Grupp S&D, Jussi Halla-aho f'isem il-Grupp ECR, Linnéa Engström f'isem il-Grupp Verts/ALE, Eleonora Forenza f'isem il-Grupp GUE/NGL, David Coburn f'isem il-Grupp EFDD, Mario Borghezio f'isem il-Grupp ENF, Stanislav Polčák, Juan Fernando López Aguilar, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn, Marek Jurek, Cécile Kashetu Kyenge dwar l-intervent ta' Mario Borghezio, Romeo Franz, Martin Schirdewan, li rrifjuta mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn, Julie Ward, li rrifjutat żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' David Coburn u Dobromir Sośnierz, Eleni Theocharous u Stelios Kouloglou.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Elly Schlein, Ana Miranda, João Pimenta Lopes, Sotirios Zarianopoulos, Ángela Vallina, Dobromir Sośnierz u Marek Jurek, dawn it-tenjn tal-aħħar ukoll dwar l-iżvolġiment tad-dibattitu (il-President iċċara xi punti).

Interventi ta': Věra Jourová u Juliane Bogner-Strauss.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: sessjoni parzjali sussegwenti.


18. Tneħħija tad-drittijiet tal-vot fl-UE (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000069/2018) imressqa minn Cecilia Wikström, f'isem il-Kumitat PETI, lill-Kunsill: Ċaħda tad-drittijiet tal-vot fl-UE (B8-0039/2018)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000070/2018) imressqa minn Cecilia Wikström, f'isem il-Kumitat PETI, lill-Kummissjoni: Iċ-ċaħda tad-drittijiet tal-vot fl-UE (B8-0040/2018)

Cecilia Wikström daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet.

Juliane Bogner-Strauss (President fil-kariga tal-Kunsill) u Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) wieġbu l-mistoqsijiet.

Interventi ta': Michaela Šojdrová f'isem il-Grupp PPE, Jude Kirton-Darling f'isem il-Grupp S&D, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, Beatriz Becerra Basterrechea f'isem il-Grupp ALDE, Ángela Vallina f'isem il-Grupp GUE/NGL, David Coburn f'isem il-Grupp EFDD, Peter Jahr, Michela Giuffrida, Martina Anderson, Rosa Estaràs Ferragut, Catherine Stihler u John Howarth.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Csaba Sógor, Julie Ward, Luke Ming Flanagan u Georgios Epitideios.

Interventi ta': Věra Jourová, Juliane Bogner-Strauss.

Id-dibattitu ngħalaq.


19. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 628.017/OJME).


20. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.42.

Klaus Welle

Heidi Hautala

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Ademov, Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Aker, Albiol Guzmán, Ali, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Androulakis, Annemans, Arimont, Arnautu, Arnott, Arthuis, Ashworth, Assis, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balčytis, Balczó, Barekov, Bashir, Batten, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Benifei, Beňová, Berès, Bergeron, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Björk, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Boutonnet, Bové, Boylan, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullock, Buşoi, Bütikofer, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Cicu, Ciocca, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Colombier, Comi, Corazza Bildt, Corbett, Cornillet, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, Dalunde, D'Amato, Dance, Danjean, Danti, Dantin, (The Earl of) Dartmouth, Dati, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, Demesmaeker, De Monte, Deprez, Deß, Detjen, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Didier, Dlabajová, Dodds, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Durand, Dzhambazki, Eck, Ehler, Eickhout, Elissen, Engel, Engström, Epitideios, Erdős, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Farage, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrandino, Ferrara, Ferreira, Fisas Ayxelà, Fitto, Fjellner, Flack, Flanagan, Fleckenstein, Forenza, Fountoulis, Fox, Franz, Freund, Frunzulică, Gabelic, Gahler, Gál, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Giménez Barbat, Girling, Giuffrida, Gloanec Maurin, Goddyn, Goerens, Gollnisch, González Peñas, González Pons, Gosiewska, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Gräzin, Griesbeck, Griffin, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guoga, Guteland, Gutiérrez Prieto, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Hansen, Harkin, Harms, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hirsch, Hoc, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howarth, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jamet, Járóka, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, de Jong, Jongerius, Joulaud, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Karim, Karlsson, Karski, Katainen, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirton-Darling, Klinz, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kohn, Kölmel, Konečná, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kuhn, Kumpula-Natri, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lalonde, Lamassoure, Lambert, Lancini, Lange, de Lange, Langen, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Lechevalier, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Leontini, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, López, López Aguilar, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lundgren, Łybacka, McAllister, McClarkin, McGuinness, McIntyre, Macovei, Maletić, Malinov, Mamikins, Mandl, Mănescu, Maňka, Mann, Manscour, Marcellesi, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Matera, Matias, Mato, Matthews, Maullu, Maurel, Mavrides, Maydell, Mayer Georg, Mayer Alex, Mazuronis, Meissner, Mélin, Melior, Messerschmidt, Meszerics, Metsola, Metz, Meuthen, Michel, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Miranda, Mitrofanovs, Mizzi, Mlinar, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Montel, Moody, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Mosca, Müller, Mureşan, Muselier, Mussolini, Nagtegaal, Nart, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nistelrooij, Noichl, Novakov, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Padar, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Palmer, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Pargneaux, Parker, Paşcu, Patriciello, Payne, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Philippot, Picierno, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Poche, Polčák, Popa, Poręba, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Procter, Proust, Punset, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Radtke, Rangel, Rebega, Reda, Regner, Reid, Reintke, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, dos Santos, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schirdewan, Schlein, Schmidt, Scholz, Schreijer-Pierik, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Scottà, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Sośnierz, Spinelli, Staes, Starbatty, Štefanec, Štětina, Stevens, Stihler, Stolojan, Stuger, Šuica, Sulík, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theocharous, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tomc, Toom, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Ujazdowski, Ulvskog, Ungureanu, Urbán Crespo, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vallina, Vana, Van Brempt, Vandenkendelaere, Vaughan, Vautmans, Vehkaperä, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vieu, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Waitz, Wałęsa, Ward, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Westphal, Wieland, Wierinck, Wikström, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wölken, Woolfe, Záborská, Zagorakis, Zala, Zammit Dimech, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Złotowski, Zoană, Zoffoli, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Atkinson, Bendtsen, Bours, Crowley, Finch, Fotyga, Händel, Maštálka, Monteiro de Aguiar, Ponga, Saudargas, Schöpflin, Seymour, Torres Martínez, Žitňanská

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Jannar 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza