Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE [COM(2018)0051 - C8-0024/2018 - 2018/0018(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Soledad Cabezón Ruiz (A8-0289/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
Intervent ta' Soledad Cabezón Ruiz (rapporteur), wara l-votazzjoni, biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.