24. Trasferimenti ta' approprjazzjonijiet u deċiżjonijiet baġitarji
B'konformità mal-Artikolu 31(6) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità Baġitarja dwar l-approvazzjoni tat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 19/2018 – Taqsima III – Il-Kummissjoni;
B'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma joġġezzjonax għat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet INF 1/2018 - Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;
B'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma joġġezzjonax għat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet N3/2018 - Ombudsman Ewropew;
B'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma joġġezzjonax għat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet INF 2/2018 - Kumitat tar-Reġjuni;
B'konformità mal-Artikolu 27(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea DEC 19/2018, DEC 20/2018 – Taqsima III – Il-Kummissjoni;
B'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma joġġezzjonax għat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet V/AB-10/C/18 - Qorti Ewropea tal-Awdituri.