Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 22 ta' Ottubru 2018 - Strasburgu

3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President għamel dikjarazzjoni fejn esprima l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familji tal-vittmi tal-għargħar fatali li laqtu lil Franza, Spanja u l-Italja f'dawn l-aħħar ġimgħat.

Huwa semma wkoll l-attentati fl-Afganistan li seħħew waqt l-aħħar elezzjonijiet u esprima l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familji tal-persuni li ntlaqtu minn dan l-avveniment.

Il-President fakkar fl-anniversarju tal-mewt tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia u kkonferma l-impenn tal-Parlament favur il-libertà tal-istampa. Talab ukoll għal inkjesta internazzjonali biex jiġu ċċarati ċ-ċirkostanzi tal-mewt tal-ġurnalist Sawdi Jamal Khashoggi fil-konsulat tal-Arabja Sawdija f'Istanbul.

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Awwissu 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza