Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 22 ta' Ottubru 2018 - Strasburgu

12. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Ottubru II 2018 (PE 629.223/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

Il-Ħamis

Wara l-konsultazzjoni tal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-modifiki li ġejjin:

L-ewwel punt fuq l-aġenda ta' waranofsinhar, id-dibattitu dwar il-mistoqsija għal tweġiba orali O-000119/2018 imressqa lill-Kummissjoni dwar "Suq ekwu għall-industrija" (punt 66 tal-PDOJ) se jiġi sostitwit b'dikjarazzjoni tal-Kummissjoni bl-istess titolu u bl-istess allokazzjoni ta' ħin.

Il-Parlament approva din il-proposta.

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

Talba tal-Grupp ALDE biex it-titolu tad-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "L-għajbien tal-ġurnalist Sawdi Jamal Khashoggi" (punt 107 tal-PDOJ) jinbidel għal "Il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi fil-konsulat Sawdi f'Istanbul".

Interventi ta': Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, li ġġustifikat it-talba, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, favur it-talba u Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D ukoll favur it-talba.

Il-Parlament approva t-talba.

Talba tal-Grupp GUE/NGL, bl-appoġġ tal-Gruppi S&D u Verts/ALE, biex bħala t-tieni punt fuq l-aġenda ta' waranofsinhar jiddaħħlu dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "L-iskandlu “CumEX”: il-kriminalità finanzjarja u l-lakuni fil-qafas ġuridiku attwali". Id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li tittieħed votazzjoni dwarhom il-Ħamis.

Interventi ta': Dimitrios Papadimoulis f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika it-talba, Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, li appoġġat it-talba iżda pproponiet li l-votazzjoni dwar it-talba tittieħed waqt sessjoni parzjali sussegwenti, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE biex jappoġġa l-proposta ta' Maria João Rodrigues, u Dimitrios Papadimoulis f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ppropona li l-votazzjoni ssir waqt is-sessjoni parzjali ta' Novembru jew Diċembru.

B'VSI (291 favur, 5 kontra, 14-il astensjonij), il-Parlement adotta din il-proposta.

Talba tal-grupp S&D biex bħala l-ħames punt fuq l-aġenda ta' waranofsinhar jiddaħħlu dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Il-ħtieġa ta' mekkaniżmu komprensiv dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali". Id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li tittieħed votazzjoni dwarhom il-Ħamis.

Interventi ta': Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba, Frank Engel f'isem il-Grupp PPE, kontra t-talba, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, favur it-talba, u Maria João Rodrigues li pproponiet li d-dibattitu jsir waqt is-sessjoni parzjali attwali u l-votazzjoni waqt is-sessjoni parzjali li jmiss.

B'VSI (158 favur, 151 kontra, 6 astensjonijiet), il-Parlement adotta din il-proposta.

L-Erbgħa

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp S&D biex bħala l-ewwel punt fuq l-aġenda jiddaħħlu dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Ir-rwol tal-komunitajiet lokali fl-akkoljenza u l-integrazzjoni tal-migranti fl-Ewropa: il-każ ta' Riace".

Interventi ta': Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, Mara Bizzotto f'isem il-Grupp ENF, kontra t-talba, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, favur it-talba, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, li pproponiet li l-każ jiġi eżaminat mill-Kumitat LIBE, u Raffaele Fitto kontra dawn il-proposti.

B'VSI (125 favur, 161 kontra, 8 astensjonijiet), il-Parlement irrifjuta din it-talba.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Awwissu 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza