15. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbret li, flimkien mal-President tal-Kunsill, il-President tal-Parlament nhar it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 110/2008 fir-rigward ta' kwantitajiet nominali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' "shochu", spirtu ddistillat darba biss, li jsir b'lampik tat-tip "pot still" u bbottiljat fil-Ġappun (00056/2018/LEX - C8-0444/2018 - 2018/0097(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali u jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu (00058/2018/LEX - C8-0443/2018 - 2017/0334(COD));
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fir-Repubblika Federattiva tal-Brażil għal uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa tal-pjanti tal-għalf u għal uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa taċ-ċereali u fir-rigward tal-ekwivalenza taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf u ż-żerriegħa taċ-ċereali prodotti fir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, kif ukoll fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fir-Repubblika tal-Moldova għal uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa taċ-ċereali, uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa tal-ħxejjex u uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra u fir-rigward tal-ekwivalenza taż-żerriegħa taċ-ċereali, taż-żerriegħa tal-ħxejjex u taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra prodotti fir-Repubblika tal-Moldova (00032/2018/LEX - C8-0442/2018 - 2017/0297(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli fir-rigward ta' flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (00049/2018/LEX - C8-0441/2018 - 2016/0413(COD));
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali (00030/2018/LEX - C8-0439/2018 - 2016/0414(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (00031/2018/LEX - C8-0438/2018 - 2017/0002(COD)).