Is-sessjoni li ġiet interrotta l-Ħamis 4 ta' Ottubru 2018 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.03.
3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Il-President għamel dikjarazzjoni fejn esprima l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familji tal-vittmi tal-għargħar fatali li laqtu lil Franza, Spanja u l-Italja f'dawn l-aħħar ġimgħat.
Huwa semma wkoll l-attentati fl-Afganistan li seħħew waqt l-aħħar elezzjonijiet u esprima l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familji tal-persuni li ntlaqtu minn dan l-avveniment.
Il-President fakkar fl-anniversarju tal-mewt tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia u kkonferma l-impenn tal-Parlament favur il-libertà tal-istampa. Talab ukoll għal inkjesta internazzjonali biex jiġu ċċarati ċ-ċirkostanzi tal-mewt tal-ġurnalist Sawdi Jamal Khashoggi fil-konsulat tal-Arabja Sawdija f'Istanbul.
4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
° ° ° °
Interventi ta':Jean-François Jalkh(il-President iċċara xi punti) uNicola Danti.
° ° ° °
Errata
punt 14 tal-Minuti ta' 14.9.2017: "14. Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti", it-tielet subintestatura, għandu jaqra: "Kumitati assoċjati (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura) (B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 7 ta' Settembru 2017) Kumitat EMPL" (minflok "Kumitat ENVI")
Sylvie Goddyn ma baqatx membru tal-Grupp ENF u aderiet mal-Grupp EFDD b'effett li jiddekorri mid-data 20 ta' Ottubru 2018.
6. Verifika tal-kredenzjali
Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jikkonvalida l-mandat ta' Stefan Gehrold b'effett mid-data 20 ta' Settembru 2018.
7. Talba għat-tneħħija tal-immunità
L-awtoritajiet Franċiżi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Penfl-ambitu ta' inkjesta ġudizzjarja miftuħa mid-Diviżjoni tal-Kriminalità Finanzjarja tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Pariġi.
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.
8. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-Grupp PPE:
- Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE: Stefan Gehrold minflok Karl-Heinz Florenz
- Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u mal-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN): Karl-Heinz Florenz minflok Stefan Gehrold
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' diversi Kumitati biex jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Kumitat AGRI, abbażi tar-rapport dwar il-Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel (COM(2018)0173 – C8-0139/2018 – 2018/0082(COD)). Rapporteur: Paolo De Castro (A8-0309/2018)
- Kumitat TRAN, abbażi tar-rapport dwar il-Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u d-Direttiva 2010/65/UE (COM(2018)0033 – C8-0014/2018 – 2018/0012(COD)). Rapporteure: Gesine Meissner (A8-0326/2018)
- Kumitat IMCO, abbażi tar-rapport dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (COM(2018)0289 – C8-0183/2018 – 2018/0142(COD)). Rapporteur: Nicola Danti (A8-0318/2018)
- Kumitat IMCO, abbażi tar-rapport dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jittawwal il-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta’ mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (COM(2018)0085 – C8-0097/2018 – 2018/0040(COD). Rapporteur: Jasenko Selimovic (A8-0342/2018)
- Kumitat INTA, abbażi tar-rapport dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta d-dispożizzjonijiet ta' salvagwardja u mekkaniżmi oħra li jippermettu l-irtirar temporanju ta' preferenzi f'ċerti ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti pajjiżi terzi (COM(2018)0206 – C8-0158/2018 – 2018/0101(COD)). Rapporteur: Christofer Fjellner (A8-0330/2018)
- Kumitat LIBE, abbażi tar-rapport dwar il-Proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni) u li jemenda r-[Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament Eurodac]], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar l-ECRIS-TCN] u r-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament eu-LISA] (COM(2018)0480 – C8-0293/2018 – 2017/0352(COD)). Rapporteur: Nuno Melo (A8-0348/2018)
- Kumitat LIBE, abbażi tar-rapport dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (fruntieri u viża) u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, ir-Regolament (UE) 2016/399, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar l-ETIAS], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntiera] u r-Regolament (UE) Nru 2018/XX [ir-Regolament eu-LISA] (COM(2018)0478 – C8-0294/2018 – 2017/0351(COD)). Rapporteur: Jeroen Lenaers (A8-0347/2018)
Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada, it-Tlieta 23 ta' Ottubru 2018, li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.
° ° ° °
Interventi ta': Terry Reintke, Soraya Post, Lola Sánchez Caldentey dwar il-kwistjoni tal-fastidju sesswali fl-Unjoni Ewropea inkluż fi ħdan il-Parlament Ewropew (il-President iċċara xi punti dwar l-inizjattivi adottati) u Elisabeth Morin-Chartier dwar il-ħidma tal-Kumitat Konsultattiva dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fi ħdan il-Parlament Ewropew.
10. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet għal tweġiba orali segwiti minn dibattitu li ġejjin iddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):
— (O-000089/2018) imressqa minn Adina-Ioana Vălean, Peter Liese, Jo Leinen, Jadwiga Wiśniewska, Gerben-Jan Gerbrandy, Bas Eickhout u Estefanía Torres Martínez, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: Konferenza 2018 tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima f'Katowice, il-Polonja (COP24) (B8-0411/2018);
— (O-000090/2018) imressqa minn Adina-Ioana Vălean, Peter Liese, Jo Leinen, Jadwiga Wiśniewska, Gerben-Jan Gerbrandy, Bas Eickhout u Estefanía Torres Martínez, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2018 f'Katowice, il-Polonja (COP24) (B8-0412/2018);
— (O-000115/2018) imressqa minn Norbert Lins, Guillaume Balas, Jadwiga Wiśniewska, Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Anja Hazekamp, Piernicola Pedicini u Jean-François Jalkh, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: L-14-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP14) (B8-0413/2018);
— (O-000116/2018) imressqa minn Norbert Lins, Guillaume Balas, Jadwiga Wiśniewska, Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Anja Hazekamp, Piernicola Pedicini u Jean-François Jalkh, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: L-14-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP14) (B8-0414/2018);
— (O-000084/2018) imressqa minn Petra Kammerevert, f'isem il-Kumitat CULT, lill-Kummissjoni: Il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tad-diplomi (B8-0415/2018);
— (O-000085/2018) imressqa minn Mairead McGuinness, Biljana Borzan, Bolesław G. Piecha, Gesine Meissner, Kateřina Konečná, Margrete Auken, Piernicola Pedicini u Joëlle Mélin, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: L-implimentazzjoni tar-Regolamenti dwar Apparati Mediċi u dwar Apparati Mediċi Dijanjostiċi In Vitro (B8-0416/2018).
11. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online (COM(2018)0640 - C8-0405/2018 - 2018/0331(COD)) F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
ITRE, IMCO, CULT
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru°98/700/ĠAI, ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2018)0631 - C8-0406/2018 - 2018/0330(COD)) F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
AFET, BUDG, PECH
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (riformulazzjoni) (COM(2018)0634 - C8-0407/2018 - 2018/0329(COD))
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
AFET, DEVE, JURI (Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Greċja – EGF/2018/003EL/Attica publishing (COM(2018)0667 - C8-0430/2018 - 2018/2240(BUD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
opinjoni :
EMPL, REGI
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali (10784/2018 - C8-0431/2018 - 2018/0239(NLE))
irriferut
responsabbli :
PECH
opinjoni :
ENVI
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Status bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Albanija (10302/2018 - C8-0433/2018 - 2018/0241(NLE))
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
AFET, BUDG, PECH
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni ta' Samoa mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (12281/2018 - C8-0434/2018 - 2018/0291(NLE))
irriferut
responsabbli :
INTA
opinjoni :
DEVE, PECH
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore (07971/2018 - C8-0446/2018 - 2018/0093(NLE))
irriferut
responsabbli :
INTA
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (07979/2018 - C8-0447/2018 - 2018/0095(NLE))
irriferut
responsabbli :
INTA
2) mill-kumitati parlamentari
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (COM(2017)0753 - C8-0019/2018 - 2017/0332(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Michel Dantin (A8-0288/2018)
- Rapport dwar ir-rwol tal-Parteċipazzjoni Finanzjarja tal-Impjegati fil-ħolqien tal-impjiegi u fir-riattivazzjoni tal-persuni qiegħda (2018/2053(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteure: Renate Weber (A8-0293/2018)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2013/36/UE u 2014/65/UE (COM(2017)0791 - C8-0452/2017 - 2017/0358(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Markus Ferber (A8-0295/2018)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 1093/2010 (COM(2017)0790 - C8-0453/2017 - 2017/0359(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Markus Ferber (A8-0296/2018)
- Rapport dwar il-varar tal-infrastruttura għall-fjuwils alternattivi fl-Unjoni Ewropea: wasal iż-żmien li naġixxu! (COM(2017)0652 - 2018/2023(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Ismail Ertug (A8-0297/2018)
- Rapport dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE – L-irkupru ta' flus u assi minn pajjiżi terzi f'każijiet ta' frodi (2018/2006(INI)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Cătălin Sorin Ivan (A8-0298/2018)
- It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365[[41]] - C8-0288/2017 - 2017/2177(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Bart Staes (A8-0299/2018)
- It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (COM(2017)0365[[03]] - C8-0249/2017 - 2017/2138(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Marco Valli (A8-0300/2018)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12386/2017 - C8-0175/2018 - 2017/0179(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Emilian Pavel (A8-0301/2018)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12399/2017 - C8-0172/2018 - 2017/0168(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Emilian Pavel (A8-0302/2018)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12396/2017 - C8-0177/2018 - 2017/0167(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Emilian Pavel (A8-0303/2018)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12389/2017 - C8-0173/2018 - 2017/0169(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Emilian Pavel (A8-0304/2018)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12383/2017 - C8-0174/2018 - 2017/0171(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Emilian Pavel (A8-0305/2018)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni ta’ St Kitts u Nevis li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta’ Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12393/2017 - C8-0176/2018 - 2017/0176(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Emilian Pavel (A8-0306/2018)
- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/83/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (COM(2018)0334 - C8-0269/2018 - 2018/0173(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Miguel Viegas (A8-0307/2018)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali (COM(2017)0375 - C8-0227/2017 - 2017/0158(COD)) - Kumitat INTA - Kumitat IMCO - Rapporteure: Alessia Maria Mosca - Rapporteur: Daniel Dalton (A8-0308/2018)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (COM(2018)0149 - C8-0126/2018 - 2018/0074(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Alain Cadec (A8-0310/2018)
- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Portugall – EGF/2018/002 PT/Norte – Centro – Lisboa għall-ilbies) (COM(2018)0621 - C8-0399/2018 - 2018/2223(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: José Manuel Fernandes (A8-0311/2018)
- * Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (N8-0101/2018 - C8-0424/2018 - 2018/0904(NLE)) - Kumitat BUDG - Kumitat ECON - Rapporteur: Jean Arthuis - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0312/2018)
- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (11737/2018 - C8-0410/2018 - 2018/2046(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteures: Daniele Viotti, Paul Rübig (A8-0313/2018)
- * Rapport dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (N8-0100/2018 - C8-0423/2018 - 2018/0903(NLE)) - Kumitat BUDG - Kumitat ECON - Rapporteur: Jean Arthuis - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0314/2018)
- * Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali (COM(2018)0398 - C8-0316/2018 - 2018/0222(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sander Loones (A8-0315/2018)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri (COM(2017)0826 - C8-0432/2017 - 2017/0336(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteures: Lambert van Nistelrooij, Constanze Krehl (A8-0316/2018)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (COM(2018)0340 - C8-0218/2018 - 2018/0172(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteure: Frédérique Ries (A8-0317/2018)
- Rapport dwar l-isfruttar tal-globalizzazzjoni: aspetti kummerċjali (2018/2005(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Joachim Schuster (A8-0319/2018)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/33/KE dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (COM(2017)0653 - C8-0393/2017 - 2017/0291(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteure: Andrzej Grzyb (A8-0321/2018)
- Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 216/2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (14463/2017 - C8-0412/2018 - 2017/0039(APP)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Pavel Svoboda (A8-0323/2018)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali u b'hekk jemenda d-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005 (COM(2018)0381 - C8-0244/2018 - 2018/0205(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteure: Adina-Ioana Vălean (A8-0324/2018)
- Rapport dwar it-talba għal konsultazzjoni dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Alfonso Luigi Marra (2018/2058(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Gilles Lebreton (A8-0325/2018)
- Rapport dwar il-politiki tal-impjieg u soċjali taż-żona tal-euro (2018/2034(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Krzysztof Hetman (A8-0329/2018)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Manolis Kefalogiannis (2017/2133(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Jean-Marie Cavada (A8-0333/2018)
- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar il-varar fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA (11282/2018 - C8-0389/2018 - 2018/0809(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Branislav Škripek (A8-0343/2018)
- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar it-tnedija fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika (11265/2018 - C8-0388/2018 - 2018/0808(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Branislav Škripek (A8-0344/2018)
- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar it-tnedija fil-Kroazja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika (11284/2018 - C8-0390/2018 - 2018/0810(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Branislav Škripek (A8-0345/2018)
12. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Ottubru II 2018 (PE 629.223/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):
Il-Ħamis
Wara l-konsultazzjoni tal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-modifiki li ġejjin:
L-ewwel punt fuq l-aġenda ta' waranofsinhar, id-dibattitu dwar il-mistoqsija għal tweġiba orali O-000119/2018 imressqa lill-Kummissjoni dwar "Suq ekwu għall-industrija" (punt 66 tal-PDOJ) se jiġi sostitwit b'dikjarazzjoni tal-Kummissjoni bl-istess titolu u bl-istess allokazzjoni ta' ħin.
Il-Parlament approva din il-proposta.
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta
Talba tal-Grupp ALDE biex it-titolu tad-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "L-għajbien tal-ġurnalist Sawdi Jamal Khashoggi" (punt 107 tal-PDOJ) jinbidel għal "Il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi fil-konsulat Sawdi f'Istanbul".
Interventi ta': Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, li ġġustifikat it-talba, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, favur it-talba u Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D ukoll favur it-talba.
Il-Parlament approva t-talba.
Talba tal-Grupp GUE/NGL, bl-appoġġ tal-Gruppi S&D u Verts/ALE, biex bħala t-tieni punt fuq l-aġenda ta' waranofsinhar jiddaħħlu dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "L-iskandlu “CumEX”: il-kriminalità finanzjarja u l-lakuni fil-qafas ġuridiku attwali". Id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li tittieħed votazzjoni dwarhom il-Ħamis.
Interventi ta': Dimitrios Papadimoulis f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika it-talba, Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, li appoġġat it-talba iżda pproponiet li l-votazzjoni dwar it-talba tittieħed waqt sessjoni parzjali sussegwenti, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE biex jappoġġa l-proposta ta' Maria João Rodrigues, u Dimitrios Papadimoulis f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ppropona li l-votazzjoni ssir waqt is-sessjoni parzjali ta' Novembru jew Diċembru.
B'VSI(291 favur, 5 kontra, 14-il astensjonij), il-Parlement adotta din il-proposta.
Talba tal-grupp S&D biex bħala l-ħames punt fuq l-aġenda ta' waranofsinhar jiddaħħlu dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Il-ħtieġa ta' mekkaniżmu komprensiv dwar id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali". Id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li tittieħed votazzjoni dwarhom il-Ħamis.
Interventi ta': Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba, Frank Engel f'isem il-Grupp PPE, kontra t-talba, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, favur it-talba, u Maria João Rodrigues li pproponiet li d-dibattitu jsir waqt is-sessjoni parzjali attwali u l-votazzjoni waqt is-sessjoni parzjali li jmiss.
Talba tal-Grupp S&D biex bħala l-ewwel punt fuq l-aġenda jiddaħħlu dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Ir-rwol tal-komunitajiet lokali fl-akkoljenza u l-integrazzjoni tal-migranti fl-Ewropa: il-każ ta' Riace".
Interventi ta': Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, Mara Bizzotto f'isem il-Grupp ENF, kontra t-talba, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, favur it-talba, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, li pproponiet li l-każ jiġi eżaminat mill-Kumitat LIBE, u Raffaele Fitto kontra dawn il-proposti.
13. Konferenza 2018 tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima f'Katowice, il-Polonja (COP24) - L-14-il laqgħa tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP14) (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000089/2018) imressqa minn Adina-Ioana Vălean, Peter Liese, Jo Leinen, Jadwiga Wiśniewska, Gerben-Jan Gerbrandy, Bas Eickhout u Estefanía Torres Martínez, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: Konferenza 2018 tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima f'Katowice, il-Polonja (COP24) (B8-0411/2018)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000090/2018) imressqa minn Adina-Ioana Vălean, Peter Liese, Jo Leinen, Jadwiga Wiśniewska, Gerben-Jan Gerbrandy, Bas Eickhout u Estefanía Torres Martínez, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2018 f'Katowice, il-Polonja (COP24) (B8-0412/2018)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000115/2018) imressqa minn Norbert Lins, Guillaume Balas, Jadwiga Wiśniewska, Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Anja Hazekamp, Piernicola Pedicini u Jean-François Jalkh, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: L-14-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP14) (B8-0413/2018)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000116/2018) imressqa minn Norbert Lins, Guillaume Balas, Jadwiga Wiśniewska, Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Anja Hazekamp, Piernicola Pedicini u Jean-François Jalkh, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: L-14-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP14) (B8-0414/2018)
Adina-Ioana Vălean daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet.
Hartwig Löger (President fil-kariga tal-Kunsill), Miguel Arias Cañete (Membru tal-Kummissjoni) u Karmenu Vella (Membru tal-Kummissjoni) wieġbu l-mistoqsijiet.
Interventi ta': Norbert Lins f'isem il-Grupp PPE, Kathleen Van Brempt f'isem il-Grupp S&D, Jadwiga Wiśniewska f'isem il-Grupp ECR, Gesine Meissner f'isem il-Grupp ALDE, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Lynn Boylan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Piernicola Pedicini f'isem il-Grupp EFDD, Olaf Stuger f'isem il-Grupp ENF, Dobromir Sośnierz Membru mhux affiljat, Jerzy Buzek, Gilles Pargneaux, Mark Demesmaeker, Linnéa Engström, Xabier Benito Ziluaga, Zoltán Balczó, Francesc Gambús, Guillaume Balas u Ulrike Trebesius.
PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS Viċi President
Interventi ta': Thomas Waitz, Alojz Peterle, Miriam Dalli, Peter Liese, Jytte Guteland, Miapetra Kumpula-Natri u Jo Leinen, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': José Inácio Faria, José Blanco López, Notis Marias, João Ferreira, Csaba Sógor, Nicola Caputo, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Carlos Zorrinho u Julie Ward.
Interventi ta': Karmenu Vella u Hartwig Löger.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu bi qbil mal-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.
14. Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2019 - it-taqsimiet kollha (dibattitu)
Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 - it-taqsimiet kollha [11737/2018 - C8-0410/2018 - 2018/2046(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Daniele Viotti u Paul Rübig (A8-0313/2018)
Daniele Viotti u Paul Rübig ippreżentaw ir-rapport.
Interventi ta': Kati Piri (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Arne Lietz (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), William (The Earl of) Dartmouth (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, u Joachim Zeller (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT).
PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT Viċi President
Interventi ta': Luděk Niedermayer (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Jens Geier (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Jasenko Selimovic (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Pavel Telička (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), John Howarth (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Helga Trüpel (rapporteure għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Markus Pieper (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFCO), João Pimenta Lopes (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), José Manuel Fernandes f'isem il-Grupp PPE, Karine Gloanec Maurin f'isem il-Grupp S&D, Bernd Kölmel f'isem il-Grupp ECR, Gérard Deprez f'isem il-Grupp ALDE, Jordi Solé f'isem il-Grupp Verts/ALE, Younous Omarjee f'isem il-Grupp GUE/NGL, Marco Valli f'isem il-Grupp EFDD, Stanisław Żółtek f'isem il-Grupp ENF, Siegfried Mureşan, Vladimír Maňka, Zbigniew Kuźmiuk, Nedzhmi Ali, Xabier Benito Ziluaga, Raymond Finch, André Elissen, Monika Hohlmeier, Tiemo Wölken, Sander Loones, Jean Arthuis u Isabelle Thomas.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Lefteris Christoforou, Costas Mavrides, Notis Marias, Indrek Tarand u Seán Kelly.
Interventi ta': Günther Oettinger, Hartwig Löger, Daniele Viotti u Paul Rübig.
15. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbret li, flimkien mal-President tal-Kunsill, il-President tal-Parlament nhar it-Tlieta, 23 ta' Ottubru 2018 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 110/2008 fir-rigward ta' kwantitajiet nominali għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' "shochu", spirtu ddistillat darba biss, li jsir b'lampik tat-tip "pot still" u bbottiljat fil-Ġappun (00056/2018/LEX - C8-0444/2018 - 2018/0097(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali u jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu (00058/2018/LEX - C8-0443/2018 - 2017/0334(COD));
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fir-Repubblika Federattiva tal-Brażil għal uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa tal-pjanti tal-għalf u għal uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa taċ-ċereali u fir-rigward tal-ekwivalenza taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf u ż-żerriegħa taċ-ċereali prodotti fir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, kif ukoll fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fir-Repubblika tal-Moldova għal uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa taċ-ċereali, uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa tal-ħxejjex u uċuħ tar-raba' li jipproduċu żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra u fir-rigward tal-ekwivalenza taż-żerriegħa taċ-ċereali, taż-żerriegħa tal-ħxejjex u taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra prodotti fir-Repubblika tal-Moldova (00032/2018/LEX - C8-0442/2018 - 2017/0297(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli fir-rigward ta' flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (00049/2018/LEX - C8-0441/2018 - 2016/0413(COD));
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali (00030/2018/LEX - C8-0439/2018 - 2016/0414(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (00031/2018/LEX - C8-0438/2018 - 2017/0002(COD)).
16. Il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) [COM(2017)0753 - C8-0019/2018 - 2017/0332(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Michel Dantin (A8-0288/2018)
Interventi ta': Peter Liese f'isem il-Grupp PPE, Rory Palmer f'isem il-Grupp S&D, Pirkko Ruohonen-Lerner f'isem il-Grupp ECR, Ulrike Müller f'isem il-Grupp ALDE, Michèle Rivasi f'isem il-Grupp Verts/ALE, Lynn Boylan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Eleonora Evi f'isem il-Grupp EFDD, Franz Obermayr f'isem il-Grupp ENF, Kostas Papadakis Membru mhux affiljat, Pilar Ayuso, Damiano Zoffoli, Eleonora Forenza u Lampros Fountoulis.
PRESIDENZA: Rainer WIELAND Viċi President
Interventi ta': Lukas Mandl, Soledad Cabezón Ruiz u Giovanni La Via.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Ruža Tomašić, Linnéa Engström, Kateřina Konečná, Georgios Epitideios u Igor Šoltes.
17. It-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent [COM(2018)0340 - C8-0218/2018 - 2018/0172(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Frédérique Ries (A8-0317/2018)
Interventi ta': Bronis Ropė (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Ricardo Serrão Santos (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PECH), Karl-Heinz Florenz f'isem il-Grupp PPE, Massimo Paolucci f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Nils Torvalds f'isem il-Grupp ALDE, Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE, Lynn Boylan f'isem il-Grupp GUE/NGL, John Stuart Agnew f'isem il-Grupp EFDD, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Frédérique Ries, Christelle Lechevalier f'isem il-Grupp ENF, Peter Liese, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Margrete Auken, Miriam Dalli, Marco Affronte, Piernicola Pedicini, Oscar Lancini, Pilar Ayuso, Michela Giuffrida, Bas Eickhout, Seán Kelly, Giovanni La Via, Christophe Hansen u Henna Virkkunen.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': José Inácio Faria, Notis Marias, Georgios Epitideios, Romana Tomc, Arne Gericke u Stanislav Polčák.
18. Politiki soċjali u tal-impjiegi taż-żona tal-euro (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar il-politiki soċjali u tal-impjiegi taż-żona tal-euro [2018/2034(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Krzysztof Hetman (A8-0329/2018)
Krzysztof Hetman għamel il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Romana Tomc, Costas Mavrides, Notis Marias, Kostadinka Kuneva, Stanislav Polčák u João Pimenta Lopes.
20. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:
Romana Tomc, Rory Palmer, Angel Dzhambazki, Jasenko Selimovic, Josep-Maria Terricabras, João Ferreira, Dobromir Sośnierz, Arne Gericke, Jordi Solé, Paloma López Bermejo, Željana Zovko, Giuseppe Ferrandino, Branislav Škripek, Matt Carthy, Stanislav Polčák, Costas Mavrides, Miguel Urbán Crespo, Andrea Bocskor, Nicola Caputo, Anna Záborská, Eric Andrieu, Daniel Buda, Jonás Fernández, Csaba Sógor, Claudiu Ciprian Tănăsescu u Michela Giuffrida.
21. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 629.223/OJMA).