2. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Kumitat AGRI bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:
Rettifika P8_TA(2018)0180(COR01) għar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tad-19 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni għar-Regolament (P8_TA(2018)0180) (COM(2014)0180 – C7-0109/2014 – 2014/0100(COD)) - Kumitat AGRI)
Skont l-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies li tkun ġiet approvata, ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa, issir talba minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx biex jittieħed vot fuqha.
Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.