Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 24 ta' Ottubru 2018 - Strasburgu

9. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President fakkar li l-premju Nobel għall-paċi ngħata lil Denis Mukwege u Nadia Murad, rebbieħa tal-premju Sakharov fl-2014 u l-2016 rispettivament.

Il-President appella lilll-awtoritajiet tal-Pakistan favur il-proċess ġust ta' Asia Bibi, mara li tappartjeni għal minoranza nisranija li ġiet ikkundannata bi blasfemija, u li taf tingħata l-forka.

Fid-dawl tal-votazzjoni ta' għada fuq riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela, il-President esprima l-indinjazzjoni tal-Parlement fir-rigward tal-mewt waqt detenzjoni tal-opponent Fernando Albán. Huwa appella lill-gvern tal-Venezwela biex jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u jeħles lill-priġunieri politiċi kollha, kif diġà ġara fil-każ ta' Lorent Saleh, rebbieħ tal-premju Sakharov fl-2017, filwaqt li jiddispjaċih li Leopoldo López għadu jinżamm taħt arrest domiċiljari.

(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet).

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Awwissu 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza