Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000084/2018) mressqa minn Petra Kammerevert lill-Kummissjoni: Il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tad-diplomi (B8-0415/2018)
Petra Kammerevert daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.
Interventi ta': Michaela Šojdrová f'isem il-Grupp PPE, Luigi Morgano f'isem il-Grupp S&D, María Teresa Giménez Barbat f'isem il-Grupp ALDE, Nikolaos Chountis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Dominique Bilde f'isem il-Grupp ENF, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Momchil Nekov, José Inácio Faria u Jiří Pospíšil.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias u Georgios Epitideios.
Intervent ta': Phil Hogan.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Petra Kammerevert, f'isem il-Kumitat CULT, dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tad-diplomi (2018/2838(RSP)) (B8-0492/2018).