Billi ma kien hemm l-ebda talba biex titressaq għall-votazzjoni minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx (Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura), din ir-rettifika tqieset approvata.
3. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament ((Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)) (approvazzjoni)
Il-President ħabbar li kien irċieva talba għal votazzjoni min-naħa tal-Grupp Verts/ALE kif ukoll min għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kumitat AGRI li jinbdew negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel (COM(2018)0173 – C8-0139/2018 – 2018/0082(COD)). Rapporteur: Paolo De Castro (A8-0309/2018), imħabbra fil-Minuti tat-Tnejn 22 ta' Ottubru 2018 (punt 9 tal-Minuti ta' 22.10.2018).
Il-votazzjoni se ssir għada b'konformità mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-President ħabbar li ma rċieva l-ebda talba min-naħa ta' għadd ta' Membri jew minn grupp jew diversi gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju fir-rigward tad-deċiżjonijiet l-oħra li jinbdew negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tat-Tnejn 22 ta' Ottubru 2018 (punt 9 tal-Minuti ta' 22.10.2018).
Il-Kumitati TRAN, IMCO, INTA u LIBE setgħu għalhekk jibdew in-negozjati wara d-data ta' skadenza msemmija fl-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
4. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju (C(2018)06511 - 2018/2875(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 10 ta' Ottubru 2018
irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (C(2018)06622 - 2018/2889(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 17 ta' Ottubru 2018
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi lista ta' indikaturi għar-rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) (C(2018)06651 - 2018/2880(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 16 ta' Ottubru 2018
irriferut lill-kumitat responsabbli: REGI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/86 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran (C(2018)06718 - 2018/2893(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 18 ta' Ottubru 2018
irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral għall-perjodu 2019-2021 (C(2018)06789 - 2018/2896(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 18 ta' Ottubru 2018
irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuna għall-perjodu 2019-2021 (C(2018)06793 - 2018/2895(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 18 ta' Ottubru 2018
irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ għall-perjodu 2019-2021 (C(2018)06794 - 2018/2894(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 18 ta' Ottubru 2018
irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH
5. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness XV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 rigward iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa fuq l-importazzjoni lejn l-Unjoni li tikkonċerna l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (D052851/03 - 2018/2884(RPS) - skadenza: 17 ta' Jannar 2019) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sustanza N-(2-metilċikloeżil)-2,3,4,5,6-pentafluworobenżammid (D056882/04 - 2018/2877(RPS) - skadenza: 13 ta' Diċembru 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (D057151/04 - 2018/2898(RPS) - skadenza: 19 ta' Jannar 2019) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal-linuron f'ċerti prodotti jew fuqhom (D057189/03 - 2018/2890(RPS) - skadenza: 18 ta' Diċembru 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-iprodion f'ċerti prodotti jew fuqhom (D057190/03 - 2018/2881(RPS) - skadenza: 17 ta' Diċembru 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 28 (D058000/01 - 2018/2876(RPS) - skadenza: 11 ta' Jannar 2019) irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON opinjoni: JURI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (D058029/02 - 2018/2874(RPS) - skadenza: 5 ta' Jannar 2019) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 19 (D058234/01 - 2018/2897(RPS) - skadenza: 19 ta' Jannar 2019) irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON opinjoni: JURI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (D058297/02 - 2018/2879(RPS) - skadenza: 16 ta' Diċembru 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-klorantraniliprol, il-klomażon, iċ-ċiklaniliprol, il-fenażakwin, il-fenpikossammid, il-fluwossastrobin, il-lambda ċjalotrina, il-mepikwat, iż-żejt tal-basal, it-tijakloprid u l-valifenalat f’ċerti prodotti jew fuqhom (D058388/02 - 2018/2892(RPS) - skadenza: 18 ta' Diċembru 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti għall-ħażna tad-data skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 (D058881/02 - 2018/2883(RPS) - skadenza: 17 ta' Jannar 2019) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
6. Trasferimenti ta' approprjazzjonijiet u deċiżjonijiet baġitarji
F'konformità mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità tal-Baġit dwar l-approvazzjoni tat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 20/2018 – Taqsima III – Kummissjoni.
F'konformità mal-Artikolu 31(6) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità tal-Baġit dwar l-approvazzjoni tat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 20/2018 DEC 21/2018, DEC 22/2018, DEC 23/2018, DEC 24/2018, DEC 25/2018, DEC 26/2018, DEC 27/2018 – Taqsima III – Kummissjoni.
F'konformità mal-Artikolu 31(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 21/2018, DEC 22/2018, DEC 23/2018, DEC 24/2018, DEC 25/2018, DEC 26/2018, DEC 27/2018 – Taqsima III – Kummissjoni.
F'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li mhuwiex ser joġġezzjona t-trasferiment tal-approprjazzjonijiet INF 3/2018 – Kumitat tar-Reġjuni.
7. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 28/2018 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0104/2018 - C8-0432/2018 - 2018/2241(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet INFO 01/2018 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N8-0105/2018 - C8-0435/2018 - 2018/2242(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
2) mill-kumitati parlamentari
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Steeve Briois (2018/2075(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A8-0349/2018)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sophie Montel (2018/2076(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A8-0350/2018)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Kyrtsos (2018/2041(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Heidi Hautala (A8-0351/2018)
8. Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Ottubru 2018 (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Ottubru 2018 (2018/2772(RSP))
Donald Tusk (President tal-Kunsill Ewropew) u Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Il-President fakkar fil-prijoritajiet tal-Parlement, li huwa ppreżenta lill-Kunsill Ewropew.
Interventi ta': Françoise Grossetête f'isem il-Grupp PPE, Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D, Syed Kamall f'isem il-Grupp ECR, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Udo Bullmann b'segwitu għall-kummenti ta' Syed Kamall, Syed Kamall biex jiskuża ruħu ma' Udo Bullmann, li reġa' mar lura għall-intervent ta' Syed Kamall (il-President innota li Syed Kamall kien skuża ruħu), Marek Jurek dwar l-intervent ta' Udo Bullmann (il-President fakkar il-pożizzjoni tiegħu), Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFDD (il-President fakkar lill-kelliema li jridu jirrispettaw il-pożizzjonijiet u l-valuri tal-oħrajn), Nicolas Bay f'isem il-Grupp ENF, u Sotirios Zarianopoulos Membru mhux affiljat.
PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS Viċi President
Interventi ta': Elmar Brok, Maria João Rodrigues, Hans-Olaf Henkel, Sophia in 't Veld, Josep-Maria Terricabras, Lynn Boylan, Patrick O'Flynn, Harald Vilimsky, Eleftherios Synadinos, Daniel Caspary, Tanja Fajon, Roberts Zīle, Cecilia Wikström, Molly Scott Cato, Malin Björk, Rolandas Paksas, Mario Borghezio, Kazimierz Michał Ujazdowski, Janusz Lewandowski, Elena Valenciano, Peter van Dalen, Pavel Telička, Ernest Urtasun, Miguel Urbán Crespo, Fabio Massimo Castaldo, Gerolf Annemans, Diane Dodds, Esteban González Pons, Josef Weidenholzer, Anna Fotyga, Charles Goerens, João Ferreira, Marcus Pretzell, László Tőkés, Roberto Gualtieri, James Nicholson, Marisa Matias, Jean-Luc Schaffhauser, Andrey Kovatchev, Richard Corbett, Laurenţiu Rebega, Othmar Karas, Patrizia Toia, Peter Lundgren, Seán Kelly, Sylvie Guillaume, Gunnar Hökmark, Costas Mavrides, Laima Liucija Andrikienė, Elly Schlein, Lefteris Christoforou, Seb Dance, Luděk Niedermayer u Ana Gomes.
PRESIDENZA: Antonio TAJANI President
Interventi ta': Frans Timmermans u Donald Tusk.
Id-dibattitu ngħalaq.
° ° ° °
Interventi ta': Philippe Lamberts dwar ċerti kummenti tal-President li ġew irrapportati mill-istampa (il-President ikkjarifika l-kummenti tiegħu), u Tania González Peñas.
9. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Il-President fakkar li l-premju Nobel għall-paċi ngħata lil Denis Mukwege u Nadia Murad, rebbieħa tal-premju Sakharov fl-2014 u l-2016 rispettivament.
Il-President appella lilll-awtoritajiet tal-Pakistan favur il-proċess ġust ta' Asia Bibi, mara li tappartjeni għal minoranza nisranija li ġiet ikkundannata bi blasfemija, u li taf tingħata l-forka.
Fid-dawl tal-votazzjoni ta' għada fuq riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela, il-President esprima l-indinjazzjoni tal-Parlement fir-rigward tal-mewt waqt detenzjoni tal-opponent Fernando Albán. Huwa appella lill-gvern tal-Venezwela biex jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u jeħles lill-priġunieri politiċi kollha, kif diġà ġara fil-każ ta' Lorent Saleh, rebbieħ tal-premju Sakharov fl-2017, filwaqt li jiddispjaċih li Leopoldo López għadu jinżamm taħt arrest domiċiljari.
(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet).
PRESIDENZA: David Maria SASSOLI Viċi President
10. Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.08.
11. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.
11.1. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Steeve Briois (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Steeve Briois [2018/2075(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A8-0349/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
Nicolas Bay, qabel il-votazzjoni (il-President iċċara xi punti).
11.2. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sophie Montel (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Sophie Montel [2018/2076(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A8-0350/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
11.4. Abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 – it-taqsimiet kollha (votazzjoni)
— Abbozz ta' emendi għall-approprjazzjonijiet tat-Taqsima III tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 fir-rigward tal-Kummissjoni;
— Abbozz ta' emendi għall-approprjazzjonijiet tat-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X d tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 fir-rigward tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti t al-Ġustizzja, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, sabiex jiġu adottati, l-abbozzi ta' emendi jridu jiksbu l-maġġoranza tal-voti tal-Membri tal-Parlament Ewropew
(L-abbozzi ta' proġetti adottati jinsabu f'Anness mat-“Testi adottati”.)
(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
Interventi qabel il-votazzjoni:
Daniele Viotti (rapporteur) ippropona l-emendi tekniċi li ġejjin, bi qbil mal-votazzjoni fil-Kumitat BUDG:
Ċifri:
Linja baġitarja 19 02 01 “Rispons għal kriżi u kriżijiet emerġenti” (emenda 1689): l-impenji se jiġu aġġustati għal EUR 269 810 177;
Linja baġitarja 13 08 02 “Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) — Assistenza teknika operazzjonali trasferita mill-intestatura 2 (FAEŻR)” (emenda 1658): l-impenji u l-pagamenti se jiġu aġġustati għal EUR 48 653 000 u EUR 25 888 246, rispettivament;
Linja baġitarja 32 02 10 “L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)” (emenda 1816): il-pagamenti se jiġu aġġustati għal EUR 18 807 975;
Linja baġitarja 33 04 77 06 “Proġett pilota – Limitazzjoni tal-kwalità doppja u t-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi fl-UE” (emenda 1753): l-impenji se jiġu aġġustati għal EUR 1 260 000.
Kummenti:
Linja baġitarja 21 02 07 03 “L-iżvilupp tal-bniedem”: l-emenda 1700 se tiġi kkoreġuta sabiex il-kummenti jikkorrispondu għar-riżultat tal-votazzjoni fil-Kumitat BUDG.
Fl-aħħar nett, il-linja baġitarja 15 02 77 23 “Azzjoni preparatorja - Monitoraġġ u taħriġ, permezz tal-isport, ta' żgħażagħ f'riskju ta' radikalizzazzjoni” (emenda 1666) iċċaqilqet mill-intestatura 1(a) għall-intestatura 3.
Interventi wara l-votazzjoni:
Karoline Edtstadler (President fil-kariga tal-Kunsill) ħadet nota tad-differenzi bejn il-pożizzjoni tal-Parlament u dik tal-Kunsill u qablet dwar il-konvokazzjoni tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni b'konformità mal-Artikolu 314(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Paul Rübig (rapporteur) dwar il-votazzjoni.
11.5. Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2019 - it-taqsimiet kollha (votazzjoni)
Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 - it-taqsimiet kollha [11737/2018 - C8-0410/2018 - 2018/2046(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Daniele Viotti u Paul Rübig (A8-0313/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
11.6. Kwittanza 2016: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill [COM(2017)0365 - C8-0249/2017 - 2017/2138(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Marco Valli (A8-0300/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
Il-kwittanza ġiet rifjutata (ara l-anness IV, Artikolu 5(2)(b) tar-Regoli ta' Proċedura).
11.7. Kwittanza 2016: L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) (votazzjoni)
It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016 [COM(2017)0365 - C8-0288/2017 - 2017/2177(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Bart Staes (A8-0299/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
Il-kwittanza ġiet rifjutata (ara l-Anness IV, Artikolu 5(2)(b) tar-Regoli ta' Proċedura).
Interventi
Il-President ippropona modifika tal-paragrafu 4 tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni sabiex ikun konformi mal-votazzjoni fuq id-deċiżjoni dwar il-kwittanza. Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu.
11.8. Appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri [COM(2017)0826 - C8-0432/2017 - 2017/0336(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteurs: Lambert van Nistelrooij u Constanze Krehl (A8-0316/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Rifjut
11.9. Deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar it-tnedija fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika* (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika [11265/2018 - C8-0388/2018 - 2018/0808(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Branislav Škripek (A8-0344/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)
ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
Branislav Škripek (rapporteur), qabel il-votazzjoni.
11.10. Deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar il-varar fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA* (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar il-varar fl-Irlanda tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA [11282/2018 - C8-0389/2018 - 2018/0809(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Branislav Škripek (A8-0343/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)
ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
11.11. Deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar it-tnedija fil-Kroazja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika* (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija fil-Kroazja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika [11284/2018 - C8-0390/2018 - 2018/0810(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Branislav Škripek (A8-0345/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)
ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
11.12. It-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent [COM(2018)0340 - C8-0218/2018 - 2018/0172(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Frédérique Ries (A8-0317/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)
Intervent ta' Frédérique Ries (rapporteur), wara l-votazzjoni, biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.
11.13. L-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 [COM(2016)0882 - C8-0533/2016 - 2016/0408(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Carlos Coelho (A8-0347/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)
11.14. L-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE [COM(2016)0883 - C8-0530/2016 - 2016/0409(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Carlos Coelho (A8-0349/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)
11.15. L-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu illegalment [COM(2016)0881 - C8-0532/2016 - 2016/0407(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jeroen Lenaers (A8-0348/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)
11.16. L-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku * (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/83/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku [COM(2018)0334 - C8-0269/2018 - 2018/0173(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Miguel Viegas (A8-0307/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)
(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit ħin fl-istennija tal-ispjegazzjonijiet tal-vot.)
12. Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 13.41.
13. Spjegazzjonijiet tal-vot
Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub:
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-Parlament.
Spjegazzjonijiet tal-vot orali:
Rapport Daniele Viotti u Paul Rübig - A8-0313/2018 Tibor Szanyi, Monica Macovei, Miltiadis Kyrkos, Michaela Šojdrová, Miguel Urbán Crespo, Andrejs Mamikins, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Ivana Maletić, Maria Spyraki, John Howarth, Jan Zahradil, Daniel Hannan, Lucy Anderson u Juan Fernando López Aguilar;
Rapport Frédérique Ries - A8-0317/2018 Tibor Szanyi, Xabier Benito Ziluaga, Younous Omarjee, Alex Mayer, Michaela Šojdrová, Urszula Krupa, Igor Šoltes, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Pirkko Ruohonen-Lerner, Maria Spyraki, John Howarth, Luke Ming Flanagan, Clara Aguilera, Ilhan Kyuchyuk, Franc Bogovič, Stanislav Polčák, Jiří Pospíšil, Seán Kelly, Momchil Nekov, Dubravka Šuica u Jadwiga Wiśniewska;
L-ispjegazzjonijiet tal-vot se jkomplu waqt is-seduta ta' għada l-Ħamis 25 ta' Ottubru 2018.
14. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fuq is-sit Europarl, "Plenarja", "Votazzjonijiet", "Riżultati tal-Votazzjonijiet" (Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet).
Il-verżjoni elettronika fuq is-sit Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.30.)
PRESIDENZA: Pavel TELIČKA Viċi President
15. Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.01.
16. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
17. Evalwazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona (dibattitu topiku)
Intervent ta': Marco Zanni biex tintroduċi d-dibattitu propost mill-Grupp ENF.
Interventi ta': Karoline Edtstadler (President fil-kariga tal-Kunsill) u Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Danuta Maria Hübner f'isem il-Grupp PPE, Richard Corbett f'isem il-Grupp S&D, Richard Sulík f'isem il-Grupp ECR, Dita Charanzová f'isem il-Grupp ALDE, Klaus Buchner f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jiří Payne f'isem il-Grupp EFDD, Patrick Le Hyaric f'isem il-Grupp GUE/NGL, Auke Zijlstra f'isem il-Grupp ENF, Eleftherios Synadinos Membru mhux affiljat, Elmar Brok, Maria João Rodrigues, Ryszard Czarnecki, António Marinho e Pinto, Younous Omarjee, Jiří Pospíšil, Mercedes Bresso, Joachim Starbatty, Evelyne Gebhardt, Branislav Škripek, Patrizia Toia, Ruža Tomašić, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Marek Jurek, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Ramón Jáuregui Atondo u Péter Niedermüller.
Interventi ta': Tomáš Zdechovský f'isem il-Grupp PPE, Inés Ayala Sender f'isem il-Grupp S&D, Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Martina Dlabajová f'isem il-Grupp ALDE, u Bart Staes f'isem il-Grupp Verts/ALE.
PRESIDENZA: Dimitrios PAPADIMOULIS Viċi President
Interventi ta': Luke Ming Flanagan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Mario Borghezio f'isem il-Grupp ENF, Ingeborg Gräßle, Bogusław Liberadzki, Richard Sulík, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Arndt Kohn, Lambert van Nistelrooij, Georgi Pirinski, Richard Ashworth, Caterina Chinnici, Tamás Deutsch u Brian Hayes.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Andrzej Zdrojewski, Zigmantas Balčytis, Notis Marias u Ivana Maletić.
Interventi ta': Günther Oettinger u Klaus-Heiner Lehne.
Id-dibattitu ngħalaq.
19. L-importazzjoni ta' beni kulturali ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-importazzjoni ta’ beni kulturali [COM(2017)0375 - C8-0227/2017 - 2017/0158(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteurs: Alessia Maria Mosca u Daniel Dalton (A8-0308/2018)
Alessia Maria Mosca u Daniel Dalton ippreżentaw ir-rapport.
Intervent ta': Santiago Fisas Ayxelà (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT).
Interventi ta': Jarosław Wałęsa f'isem il-Grupp PPE, Arndt Kohn f'isem il-Grupp S&D, David Campbell Bannerman f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Eleonora Forenza f'isem il-Grupp GUE/NGL, Tiziana Beghin f'isem il-Grupp EFDD, France Jamet f'isem il-Grupp ENF, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Nicola Danti, Notis Marias, Jasenko Selimovic, Michaela Šojdrová, Dietmar Köster, Czesław Hoc, Stanislav Polčák, Luigi Morgano, Jiří Pospíšil u Sergio Gaetano Cofferati.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Andrzej Zdrojewski, Julie Ward, Kateřina Konečná u David Coburn.
PRESIDENZA: Bogusław LIBERADZKI Viċi President
Interventi ta': Violeta Bulc, Alessia Maria Mosca u Daniel Dalton.
20. L-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali veterinarji ***I - Prodotti mediċinali veterinarji ***I - Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf medikat ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju, u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini [COM(2014)0557 - C8-0142/2014- 2014/0256(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Claudiu Ciprian Tănăsescu (A8-0035/2016)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti mediċinali veterinarji [COM(2014)0558 - C8-0164/2014- 2014/0257(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Françoise Grossetête (A8-0046/2016)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf medikat u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE [COM(2014)0556 - C8-0143/2014- 2014/0255(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Clara Aguilera (A8-0075/2016)
Claudiu Ciprian Tănăsescu , Françoise Grossetête u Clara Aguilera ippreżentaw ir-rapport.
Interventi ta': Stanislav Polčák (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Elsi Katainen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Norbert Lins (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Daniel Buda f'isem il-Grupp PPE, Karin Kadenbach f'isem il-Grupp S&D, Bolesław G. Piecha f'isem il-Grupp ECR, Gesine Meissner f'isem il-Grupp ALDE, Martin Häusling f'isem il-Grupp Verts/ALE, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jacques Colombier f'isem il-Grupp ENF, Lampros Fountoulis Membru mhux affiljat, Peter Liese, Soledad Cabezón Ruiz, James Nicholson, Jan Huitema, Molly Scott Cato, Miguel Viegas, John Stuart Agnew, Diane James, Michel Dantin, Jytte Guteland, Beata Gosiewska, Dobromir Sośnierz, Mihai Ţurcanu, Marc Tarabella, John Flack, Michaela Šojdrová, Carlos Zorrinho, Ricardo Serrão Santos u Paolo De Castro.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Cristian-Silviu Buşoi u Bogdan Andrzej Zdrojewski.
Interventi ta': Violeta Bulc, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Françoise Grossetête u Clara Aguilera
21. Il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi [COM(2017)0275 - C8-0171/2017 - 2017/0114(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy (A8-0202/2018)
Interventi ta': Georges Bach f'isem il-Grupp PPE, Inés Ayala Sender f'isem il-Grupp S&D, u Kosma Złotowski f'isem il-Grupp ECR.
PRESIDENZA: Fabio Massimo CASTALDO Viċi President
Interventi ta': Dominique Riquet f'isem il-Grupp ALDE, Michael Cramer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jill Seymour f'isem il-Grupp EFDD, Georg Mayer f'isem il-Grupp ENF, Andor Deli, Karoline Graswander-Hainz, Izaskun Bilbao Barandica, Karima Delli, Rosa D'Amato, Christelle Lechevalier, Massimiliano Salini, Isabella De Monte, Jakop Dalunde, Claudia Schmidt, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Michael Cramer, Janusz Zemke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Herbert Dorfmann u Innocenzo Leontini.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Andrzej Zdrojewski, Maria Grapini u Notis Marias.
Interventi ta': Violeta Bulc u Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy.
Il-President irċieva mill-Grupp Verts/ALE it-talba ta' ħatra li ġejja:
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Komunità Andina: Tilly Metz minflok Indrek Tarand
Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
23. Il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/33/UE dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija [COM(2017)0653 - C8-0393/2017 - 2017/0291(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Andrzej Grzyb (A8-0321/2018)
Interventi ta': Andor Deli (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Henna Virkkunen f'isem il-Grupp PPE, Seb Dance f'isem il-Grupp S&D, Jan Huitema f'isem il-Grupp ALDE, Karima Delli f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, Eleonora Evi f'isem il-Grupp EFDD, Tiemo Wölken, Pavel Telička, Florent Marcellesi u Paloma López Bermejo.
PRESIDENZA: Pavel TELIČKA Viċi President
Intervent ta': Carlos Zorrinho.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Andrzej Zdrojewski, Notis Marias u Georgios Epitideios.
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000084/2018) mressqa minn Petra Kammerevert lill-Kummissjoni: Il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tad-diplomi (B8-0415/2018)
Petra Kammerevert daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.
Interventi ta': Michaela Šojdrová f'isem il-Grupp PPE, Luigi Morgano f'isem il-Grupp S&D, María Teresa Giménez Barbat f'isem il-Grupp ALDE, Nikolaos Chountis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Dominique Bilde f'isem il-Grupp ENF, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Momchil Nekov, José Inácio Faria u Jiří Pospíšil.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias u Georgios Epitideios.
Intervent ta': Phil Hogan.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Petra Kammerevert, f'isem il-Kumitat CULT, dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tad-diplomi (2018/2838(RSP)) (B8-0492/2018).
25. Nuqqas serju ta' implimentazzjoni tar-Regolament REACH tal-UE u l-użu ta' sustanzi kimiċi mhux ittestjati fl-UE (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Nuqqas serju ta' implimentazzjoni tar-Regolament REACH tal-UE u l-użu ta' sustanzi kimiċi mhux ittestjati fl-UE (2018/2887(RSP))
Karoline Edtstadler (President fil-kariga tal-Kunsill) u Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': José Inácio Faria f'isem il-Grupp PPE, Carlos Zorrinho f'isem il-Grupp S&D, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Younous Omarjee f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Martin Häusling.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias u Stanislav Polčák.
Interventi ta': Phil Hogan u Karoline Edtstadler.
Id-dibattitu ngħalaq.
26. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 629.223/OJJE).