Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 12 ta' Novembru 2018 - Strasburgu

13. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Novembru I 2018 (PE 630.251/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

°
° ° °

Interventi ta': Ana Miranda, Sajjad Karim, José Blanco López, Notis Marias u Piernicola Pedicini (il-President iċċara xi punti).

°
° ° °

L-Erbgħa

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, Il-President ippropona l-modifika li ġejja:

- id-Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "Il-każ ta' Asia Bibi u s-sitwazzjoni tal-minoranzi reliġjużi fil-Pakistan" (punt 78 tal-PDOJ) ġiet posposta għal sessjoni oħra.

Il-Parlament approva l-proposta.

It-Tnejn

Talba tal-Grupp ECR biex jiddaħħlu bħala r-raba' punt fl-Aġenda dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-Albanija: b'mod partikulari l-każ tal-ksur tad-drittijiet tal-Minoranza Etnika Griega ta' Epiru tat-Tramnuntana u l-qtil ta' Konstantinos Katsifas". Id-dibattitut se jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se ssir votazzjoni dwarhom il-Ħamis.

Interventi ta': Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifika t-talba, (il-President biex jitlob xi kjarifiki mingħand Notis Marias, li wieġbu), u Knut Fleckenstein f'isem il-Grupp S&D, kontra t-talba.

Permezz ta' votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet (48 favur, 208 kontra, 200 astensjoni), il-Parlament caħad it-talba.

It-Tlieta, Il-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT
Viċi President

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Frar 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza