L-awtoritajiet kompetenti Griegi ppreżentaw talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Georgios Epitideios, Lampros Fountoulis u Eleftherios Synadinos bil-għan li jinbdew proċedimenti penali fil-konfront tagħhom.
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.