§ 17, punt v, § 17, punt xv, § 17, punt xxi, § 17, punt xxiii, § 40, inċiż 2, § 40, inċiż 3, § 41, inċiż 2, §§ 43, 44
Talbiet għal votazzjoni maqsuma
Verts/ALE:
emenda 26
l-ewwel parti
"it-30 %"
it-tieni parti
"40 %"
it-tielet parti
"u jinsisti li l-QFP 2021-2027 għandu jeskludi kwalunkwe appoġġ dirett jew indirett għall-karburanti fossili"
ir-raba' parti
"u għal infrastruttura jew teknoloġija relatati mal-karburanti fossili, fl-UE jew lil hinn minnha;"
emenda 29
l-ewwel parti
"Jistenna, għalhekk, li l-QFP jingħata prijorità assoluta fl-aġenda politika tal-Kunsill u jiddispjaċih li sa issa ma ġie osservat l-ebda progress sinifikanti; jemmen li l-laqgħat regolari bejn il-presidenzi suċċessivi tal-Kunsill u t-tim tan-negozjati tal-Parlament għandhom ikunu intensifikati u jwittu t-triq għal negozjati uffiċjali; jesprimi r-rieda tiegħu li jidħol f'negozjati sħaħ mal-Kunsill mill-aktar fis possibbli sabiex jevita ostakli serji għat-tnedija tal-programmi l-ġodda sabiex jiġi evitat li t-tnedija tal-programmi l-ġodda tiġi ostakolata;"
it-tieni parti
"iqis, madankollu, li għal raġunijiet demokratiċi r-Regolament QFP għandu jiġi adottat preferibbilment wara l-elezzjonijiet Ewropej;
it-tielet parti
"huwa konvint, barra minn hekk, li l-programmi l-ġodda tal-UE għall-perjodu 2021-2027 għandhom jiġu adottati formalment mill-parlament li jkun għadu kif ġie elett;"
S&D:
emenda 14
l-ewwel parti
"Ifakkar fil-ħtieġa li jiġi pprovdut QFP ġdid b'valur miżjud reali għaċ-ċittadini tal-UE, li mhux se jikkostitwixxi piż addizzjonali ulterjuri għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' reviżjoni obbligatorja tal-infiq bil-ħsieb li jkun hemm l-iffrankar fejn possibbli;"
it-tieni parti
"jemmen li l-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jitnaqqsu mill-kalkolu tal-livell tad-defiċit nazzjonali;"
Varji
Patrick Le Hyaric rtira l-firma tiegħu mill-emendi 54, 74 u 89.
2. Regoli dwar għajnuna mill-Istat: kategoriji ġodda ta' għajnuna mill-Istat *
Sabine Lösing ippreżentat din l-emenda orali għall-paragrafu 13:
“Jinnota li xi Stati Membri waqfu jipprovdu l-armi lill-Arabja Sawdija u membri oħra tal-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija fil-Jemen minħabba l-azzjonijiet tagħhom, filwaqt li oħrajn komplew jipprovdu teknoloġija militari; jifraħ lil dawk l-Istati Membri, bħall-Ġermanja u n-Netherlands, li biddlu l-prattika tagħhom fir-rigward tal-kunflitt tal-Jemen; jiddispjaċih ħafna, madankollu, mill-fatt li Stati Membri oħra jidhru li ma jqisux l-imġiba tal-pajjiż ta' destinazzjoni u l-użu aħħari ta' armi u munizzjon esportati; jissottolinja li din id-disparità fil-prattika tirriskja li ddgħajjef ir-reġim Ewropew ta' kontroll tal-armi kollu kemm hu;"
Erratum: il-verżjonijiet lingwistiċi kollha
4. L-għoti tas-setgħa lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern ***I
Rebecca Harms ippreżentat din l-emenda orali għall-paragrafu 23:
"Jinsab ferm imħasseb dwar il-pressjoni li t-Turkija qed teżerċita fuq ir-residenti Torok fil-Georgia, kif ukoll fuq istituzzjonijiet edukattivi minħabba l-affiljazzjoni allegata tagħhom mal-moviment Gülen; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Georgia jsegwu dan il-każ mill-qrib, filwaqt li jiżguraw li l-proċeduri ġudizzjarji u kwalunkwe azzjoni li tittieħed ikunu kompletament konformi mal-prinċipji u l-istandards Ewropej; iħeġġeġ lill-UE tappoġġja u tgħin lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant biex jirreżistu l-pressjoni li saret matul dawn l-aħħar xhur, b'mod partikolari, mit-Turkija;"
10. Implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Moldova