Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 28 ta' Novembru 2018 - Brussell

3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President għamel dikjarazzjoni li fiha kkundanna bis-sħiħ l-atti ta' aggressjoni kontra l-bastimenti Ukreni li saru mill-forza navali Russa fil-Baħar ta' Azov, esprima t-tħassib kbir tiegħu rigward ir-rigress fis-sitwazzjoni attwali fir-reġjun, b'mod partikolari l-arrest ta' 23 suldat Ukren, u tenna li l-integrità territorjali tal-Ukrajna hija fundamentali.

Il-President talab lill-awtoritajiet Russi biex jirrispettaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-dritt marittimu kif ukoll il-ftehim ta' kooperazzjoni mal-Ukrajna fl-2003, u biex jeħilsu lis-suldati Ukreni detenuti. Huwa jissottolinja l-impenn ta' dan il-Parlament favur soluzzjoni paċifika tal-kwistjoni, kif semma matul il-laqgħa tiegħu ma' Andrij Parubij, President tal-Parlament Ukren, u fakkar fir-riżoluzzjoni dwar "Is-sitwazzjoni fil-Baħar ta' Azov" adottata mill-Parlament fil-25 ta' Ottubru 2018 (punt 13.19 tal-Minuti ta' 25.10.2018).

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Awwissu 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza