L-awtoritajiet kompetenti Pollakki kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Boguslaw Andrzej Sonik minflok Bogdan Brunon Wenta bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 20 ta' Novembru 2018.
L-awtoritajiet kompetenti Belġjani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Ralph Packet minflok Sander Loones bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 22 ta' Novembru 2018.
L-awtoritajiet kompetenti Latvjani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Kārlis Šadurskis minflok Artis Pabriks bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 28 ta' Novembru 2018.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Boguslaw Andrzej Sonik, Ralph Packet u Kārlis Šadurskis jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.