9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' għadd ta' kumitati li jniedu negozjati interistituzzjonali, abbażi tar-rapporti li ġejjin (bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura):
- Kumitat LIBE: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (COM(2018)0307 – C8-0182/2018 – 2018/0154(COD)). Rapporteur: Cecilia Wikström (A8-0395/2018);
- Kumitat JURI: Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni (COM(2018)0218 – C8-0159/2018 – 2018/0106(COD)). Rapporteur: Virginie Rozière (A8-0398/2018);
- Kumitat EMPL: Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (COM(2018)0171 – C8-0130/2018 -2018/0081(COD)). Rapporteur: Laura Agea (A8-0382/2018);
- Kumitat EMPL: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol (COM(2018)0131 - C8-0118/2018 - 2018/0064(COD)). Rapporteur: Jeroen Lenaers (A8-0391/2018);
- Kumitat ECON: Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE (COM(2018)0094 – C8-0113/2018 – 2018/0043(COD)). Rapporteur: Bernd Lucke (A8-0390/2018);
- Kumitat ECON: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ skoperturi fil-forma ta' bonds koperti (COM(2018)0093 – C8-0112/2018 – 2018/0042(COD)). Rapporteur: Bernd Lucke (A8-0384/2018);
- Kumitat EMPL: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u l-Iżvizzera) (COM(2016)0815 - C8-0521/2016 – 2016/0397(COD)).Rapporteur: Guillaume Balas (A8-0386/2018);
- Kumitat ITRE: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 (COM(2018)0231 - C8-0170/2018 – 2018/0110(COD)). Rapporteur: Fredrick Federley (A8-0394/2018);
- Kumitat PECH: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1967/2006 u (UE) 2017/2107 (COM(2018)0229 – C8-0162/2018 – 2018/0109(COD)). Rapporteur: Marco Affronte (A8-0389/2018);
- Kumitat PECH: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (COM(2018)0143 – C8-0123/2018 – 2018/0069(COD)). Rapporteur: Linnéa Engström (A8-0381/2018);
Kumitat IMCO: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (COM(2018)0259 – C8-0180/2018 – 2018/0123(COD)). Rapporteur: Jasenko Selimovic (A8-0368/2018).
Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl tal-għada, li d-deċiżjonijiet li jitniedu negozjati jittieħed vot fuqhom.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.