Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 28 ta' Novembru 2018 - Brussell

11. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi I, III u IV tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġornament tar-referenzi għal ċerti Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur, u tal-inklużjoni tagħhom (D058460/04 - 2018/2956(RPS) - skadenza: 26 ta' Frar 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament tal-Kummissjoni li jipprovdi derogi mill-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel għall-użu ta' ċerti deskrizzjonijiet ġeneriċi (D058835/02 - 2018/2940(RPS) - skadenza: 15 ta' Frar 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), JURI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-reġistrazzjoni tax-xarba spirituża "Tequila" bħala indikazzjoni ġeografika (D059011/02 - 2018/2936(RPS) - skadenza: 13 ta' Frar 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' prodotti relatati mad-difiża (D059086/01 - 2018/2954(RPS) - skadenza: 20 ta' Frar 2019)
irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Awwissu 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza