8.3. Il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni: L-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-impenn mill-ġdid tal-ammonti li jkun għad fadal, li ġew impenjati biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u (UE) 2015/1601, jew l-allokazzjoni tagħhom għal azzjonijiet oħra skont il-programmi nazzjonali [COM(2018)0719 - C8-0448/2018 - 2018/0371(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Miriam Dalli (A8-0370/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
Intervent ta' Miriam Dalli (rapporteur) biex titlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.