Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 10 ta' Diċembru 2018 - Strasburgu

3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President għamel dikjarazzjoni fl-okkażjoni tas-70 anniversarju tal-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, f'Pariġi. Huwa fakkar fl-impenn tal-Parlament favur id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari permezz tal-premju Sakharov, u feraħ lir-rebbieħa tiegħu tal-2014 (Denis Mukwege) u tal-2016 (Nadia Murad) li għadhom kif ingħataw il-premju Nobel għall-Paċi.

Barra minn hekk, huwa esprima l-konduljanzi tal-Parlament fl-okkażjoni tal-mewt, fit-8 ta' Diċembru 2018 tal-attivist favur id-drittijiet tal-bniedem u eks dissident Russa Ludmilla Alexeieva, li rċeviet il-premju Sakharov 2009 fi Strasburgu f'isem l-assoċjazzjoni Memorial.

Fl-aħħaer nett irrefera għar-rwol eminenti tal-ġurnalisti fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u fakkar li wħud minnhom iħallsu għal dan l-impenn b'ħajjithom stess (bħal pereżempju Daphne Caruana Galizia, Jan Kuciak u Jamal Khashoggi) jew b'sentenzi ta' ħabs.

°
° ° °

Intervent ta': Matt Carthy.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' April 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza