Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 10 ta' Diċembru 2018 - Strasburgu

12. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Diċembru 2018 (PE 631.718/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Talba tal-Grupp ENF biex jiddaħħlu, bħala l-ewwel punt tal-abbozz ta' aġenda, id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Intrapriżi u trademarks storiċi tal-Unjoni proprjetà ta' kumpaniji minn pajjiżi terzi: il-każ ta' Pernigotti 1860 (l-Italja)".

Interventi ta': Mario Borghezio f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifika t-talba (il-President iċċara xi punti), u Mercedes Bresso f'isem il-Grupp S&D, li (bl-approvazzjoni ta' Mario Borghezio) ingħaqdet mat-talba.

B'VSI (113-il vot favur, 154 kontra, 14-il astensjoni) il-Parlament irrifjuta t-talba.

It-Tlieta

Talba tal-Grupp GUE/NGL għall-posponiment tal-votazzjoni dwar ir-rapport ta' López Aguilar dwar ir-riformulazzjoni ta' "Kodiċi dwar il-viżi" (punt 98 tal-PDOJ). Jekk din it-talba ma jkollhiex il-maġġoranza tal-voti mitfugħa, jiddaħħal dibattitu dwar dan ir-rapport fl-abbozz ta' aġenda tat-Tnejn bħala l-aħħar punt qabel l'interventi ta' minuta.

Intervent ta': Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba għall-posponiment tal-votazzjoni.

B'VSI (60 vot favur, 228 kontra, 8 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba li jiżdied dibattitu fil-jum tat-Tnejn.

L-Erbgħa

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President ippropona din il-modifika:

Il-votazzjoni dwar ir-rapport ta' Petras Auštrevičius dwar ir-"Rapport dwar ir-Rapport annwali dwar id-drittijiet umani u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni" (A8-0373/2018), inkluża fit-tieni siegħa tal-votazzjonijiet tal-ġurnata, tmexxiet għall-ewwel siegħa tal-votazzjonijiet tal-ġurnata.

Il-Parlament qabel ma' tali proposta.

It-Tlieta

Talba tal-grupp S&D biex fid-diskussjoni konġunta dwar il-Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE u l-Ġappun tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni tad-data personali mogħtija mill-Ġappun. Id-dibattitu se jingħalaq bil-preżentazzjoni tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jitressqu għall-votazzjoni l-Ħamis.

Interventi ta': Birgit Sippel f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba, Bruno Gollnisch, li talab li l-eżami tal-kwistjoni kollha jiġi pospost għal data aktar tard, Birgit Sippel biex tippreċiża t-taba tagħha u Michał Boni kontra t-talba.

B'VE (155 vot favur, 133 kontra, 4 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.

Ġew stabbiliti dawn l-iskadenzi għat-tressiq:

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta 11 ta' Diċembru 2018, f'12.00.
Amendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni u l-mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta: l-Erbgħa 12 ta' Diċembru 2018 f'12.00.
Emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet konġunti: l-Erbgħa 12 ta' Diċembru 2018 fis-13.00.
Talbiet għal votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma: l-Erbgħa 12 ta' Diċembru 2018 fis-19.00.

Talba tal-grupp GUE/NGL biex tiddaħħal, bħala t-tielet punt fuq l-aġenda ta' waranofsinhar, wara d-diskussjoni konġunta dwar il-Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE u l-Ġappun, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "Is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-każ ta' Selahattin Demirtaş".

Intervent ta': Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba.

B'VE (140 vot favur, 132 kontra, 5 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.

L-Erbgħa

Talba tal-grupp Verts/ALE biex id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar “Il-kunflitt ta' interess u l-protezzjoni tal-baġit tal-UE fir-Repubblika Ċeka” (il-punt 111 tal-PDOJ) jingħalaq bil-preżentazzjoni ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li se jitressqu għall-votazzjoni l-Ħamis.

Interventi ta': Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifika t-talba u Martina Dlabajová, kontra t-talba

B'VE (163 vot favur, 90 kontra, 13-il astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Ġew stabbiliti dawn l-iskadenzi għat-tressiq:

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta 11 ta' Diċembru 2018 f'12.00.
Emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni u l-mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta: l-Erbgħa 12 ta' Diċembru 2018 f'12.00.
Emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet konġunti: l-Erbgħa 12 ta' Diċembru 2018 fis-13.00.
Talbiet għal votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma: l-erbgħa 12 ta' Diċembru 2018 fis-19.00.

Talba tal-grupp ECR biex, bħala t-tieni punt fuq l-aġenda, wara d-dibattitu prinċipali, jiddaħħlu dikjarazzjoijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Il-kriżi tad-demokrazija fi Franza". Id-dibattitu se jiġi segwit bil-preżentazzjoni tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jitressqu għall-votazzjoni l-Ħamis.

Interventi ta': Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifika t-talba u Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, kontra t-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

Il-Ħamis

Talba tal-grupp GUE/NGL biex, bħala t-tielet punt talfuq l-aġenda ta' waranofsinhar, jiddaħħal dibattitu dwar il-mistoqsija orali dwar "Każijiet ta' ksur serju fit-trasportazzjoni ta' annimali lejn pajjiżi terzi" (O-000136/2018).

Interventi ta': Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, u Dobromir Sośnierz kontra t-talba.

B'VIS (78 vot favur, 154 kontra, 9 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' April 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza