Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 [COM(2018)0385 - C8-0249/2018 - 2018/0209(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Gerben-Jan Gerbrandy (A8-0397/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
Intervent ta' Gerben-Jan Gerbrandy (rapporteur), wara l-votazzjoni, biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.