Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2018 - Strasburgu

11. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament ((Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)) (approvazzjoni)
CRE

Il-President ħabbar li rċieva talba għal votazzjoni min-naħa tal-Gruppi GUE/NGL u Verts/ALE dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tidħol f'negozjati interistituzzjonali fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emendar tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (COM(2018)0134 - C8-0117/2018 – 2018/0060(COD)). Rapporteurs: Roberto Gualtieri u Esther de Lange (A8-0440/2018)), imħabbra fil-minuti tat-Tnejn 10 ta' Diċembru 2018 (punt 7 tal-Minuti ta' 10.12.2018).

Il-votazzjoni ser issir fil-jum tal-għada f'konformità mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-President ħabbar li ma kienx irċieva talba minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju dwar id-deċiżjonijiet l-oħrajn għall-ftuħ ta' negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-minuti ta' it-Tnejn 10 ta' Diċembru 2018 (punt 7 tal-Minuti ta' 10.12.2018).

Il-kumitati REGI, ECON, ITRE, LIBE, JURI, IMCO u AFCO setgħu għaldaqstant iniedu n-negozjati qabel l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

°
° ° °

Interventi ta' Angelo Ciocca, Edouard Martin, Brando Benifei u Olaf Stuger.

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' April 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza