Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2018/2275(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0454/2018

Testi mressqa :

A8-0454/2018

Dibattiti :

CRE 11/12/2018 - 20

Votazzjonijiet :

PV 12/12/2018 - 12.4
PV 12/12/2018 - 12.5
CRE 12/12/2018 - 12.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0503

Minuti
L-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2018 - Strasburgu

12.5. Il-Baġit Ġenerali l-ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (votazzjoni)
Rapporti Verbatim

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 [15205/2018 - C8-0499/2018- 2018/2275(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Daniele Viotti u Paul Rübig (A8-0454/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0503)

Interventi

Juliane Bogner-Strauss (President fil-kariga tal-Kunsill) biex tenfasizza l-kooperazzjoni tajba tal-istituzzjonijiet fil-proċedura baġitarja 2019 u Jean Arthuis (President tal-Kumitat BUDG).

Qabel l-iffirmar tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019, il-President għamel din id-dikjarazzjoni:

"Il-pożizzjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 ġiet approvata mill-Parlament mingħajr emendi. Skont l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-proċedura baġitarja għas-sena finanzjarja 2019 tista' għalhekk tiġi kkunsidrata bħala kompluta. Nipproklama l-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2019 bħala adottat b'mod definittiv."

Il-President wara ffirma l-baġit fil-preżenza ta' Jean Arthuis, kif ukoll ta' Daniele Viotti u Paul Rübig (rapporteurs għall-baġit ġenerali) u Jens Geier (viċi president tal-Kumitat BUDG).

PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' April 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza