Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża [COM(2018)0476 - C8-0268/2018 - 2018/0254(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Zdzisław Krasnodębski (A8-0412/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 18)
Intervent ta' Zdzisław Krasnodębski (rapporteur) biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.