Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 [COM(2018)0438 - C8-0255/2018 - 2018/0228(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteurs: Henna Virkkunen, Marian-Jean Marinescu u Pavel Telička (A8-0409/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 19)
Intervent ta' Marian-Jean Marinescu (rapporteur) biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.